Left arrow Go Back

AZZJONIJIET TA’ INFORZAR FIL-KONFRONT TA’ KUNTRATTUR FIN-NAXXAR

PR1803
Date Icon 24/11/2008
Dalgħodu uffiċjali tad-Diviżjoni Proprjeta’tal-Gvern għamlu azzjonijiet ta’ infurzar fil-konfront ta’ kuntrattur fin-Naxxar, li kien qed juża għalqa tal-Gvern biex jaħzen inġenji u affarjiet oħra, mingħajr jedd jew titolu fuq l-art.
Il-Kummissarju tal-Artijiet ħareġ ordni ta’żgumbrament fil-konfront tal-kuntrattur iżda dan ippreżenta talba għal ħrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti, liema talba ġiet miċħuda mill-Qorti nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru.  Dan il-mandat ma intlaqax għar-raġuni illi fih il-kuntrattur qal illi kellu drittijiet fuq l-art, liema drittijiet irriżulta li ma għandux.
Riżultat ta’ dan, il-GPD dalgħodu għamletazzjonijiet ta’ infurzar li jinkludu l-iżgumbrament tal-art mill-affarijiet tal-kuntrattur, għall-ispejjeż tal-istess kuntrattur.  Dawn il-passi min-naħa tal-GPD wasslu ukoll biex il-kuntrattur fl-aħħar jumejn neħħa minn jeddu, inġenji u affarjiet oħra li kienu qed jingumbraw il-post.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow