Left arrow Mur Lura

Il-kuntratt għall-Korsijiet tal-ICT mill-MCAST: EBDA KSUR TA’ LIĠI MILL-BORD TAL-GĦAŻLA

PR1800
Date Icon 23/11/2008
Wara investigazzjoni mill-Pulizija fuq talbatal-Onor. Evarist Bartolo dwar allegati rregolaritajiet mill-Bord tal-Għażla u d-Dipartiment tal-Kuntratti, fl-għoti tal-kuntratti lill-private training providers sabiex joffru t-tagħlim tal-ICT f’isem l-MCAST, ma rriżultaw ebda irregolaritajiet jew ksur ta’ liġi minn naħa ta’ dawn iż-żewġ entitajiet.
B’riżultat ta’ din l-investigazzjoni, erba’persuni minn żewġ private training providers tal-ICT li kienu tefgħu l-offerta tagħhom ser jitressqu l-qorti minħabba li allegatament għamlu dikjarazzjonijiet foloz lil awtorita` pubblika meta ssottomettew l-offerta tagħhom lill-Bord tal-Għażla.
L-uniku osservazzjoni li għamlet il-Pulizija,fil-konfront tal-Bord tal-Għażla, kienet li kien hemm traskuraġni li ma tammontax għal att kriminali iżda li wieħed xorta għandu jassigura li ma terġax isseħħ.
Dan l-iżvilupp ixejjen għal kolloxl-allegazzjonijiet li għamel l-Onor. Evarist Bartolo, Kelliem tal-Oppożizzjoni, f’dawn l-aħħar ġimgħat, dwar irregolaritajiet li skont hu, kienu mwettqa mill-Bord tal-Għażla u mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Issa ġie kkonfermat mill-Pulizija illi dawn l-allegazzjonijiet kienu bla bażi u nfondati fejn jirrigwardaw il-Bord tal-Għażla u li kollox tmexxa skond il-liġi.
Ta’ min ifakkar li d-dewmien biex l-istudentijissejħu biex jibdew l-istudji tagħhom ma kienx jiddependi mill-MCAST, mid-Dipartiment tal-Kuntratti u mill-Bord tal-Appell. Il-Bord tal-Appell ma setax jisma l-każ qabel il-files ġew rilaxxati mill-Pulizija filwaqt li kienet għaddejja l-investigazzjoni mitluba. Fil-fatt issa li l-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha, il-Bord tal-Appell mistenni jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fil-ġranet li ġejjin.
Kif qalet il-Ministru tal-Edukazzjoni, DoloresCristina fil-Parlament, kieku l-Onor. Bartolo, kif għamel f’xi okkażjonijiet oħra, kellimha dwar ir-rapporti li waslulu, setgħet issir ħidma komuni sabiex tinstab soluzzjoni fl-interess tal-istudenti li tħallew jistennew biex jibdew l-istudji tagħhom.
Issa li ntemmu l-proċeduri tal-Pulizija, u kifġie assigurat fil-ġimgħat li għaddew, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, tat struzzjonijiet lill-amministrazzjoni tal-MCAST sabiex, kif tkun magħrufa s-sentenza tal-appell, jittieħdu l-passi kollha meħtieġa ħalli l-korsijiet jinbdew immedjatament. Fil-ġranet li ġejjin, l-MCAST hija mistennija li ssejjaħ lil dawk l-istudenti li applikaw u li għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jibdew l-istudji tagħhom fl-ICT.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħu Sport, flimkien mal-MCAST, jixtiequ jerġgħu jiggarantixxu li dawn l-istudenti ser jingħataw l-istess sigħat ta’ tagħlim fl-istess livell ta’ studenti oħra li diġà bdew il-kors tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow