Il-kuntratt għall-Korsijiet tal-ICT mill-MCAST: EBDA KSUR TA’ LIĠI MILL-BORD TAL-GĦAŻLA
PR1800
23/11/2008
| Wara investigazzjoni mill-Pulizija fuq talba | tal-Onor. Evarist Bartolo dwar allegati rregolaritajiet mill-Bord tal-Għażla u d-Dipartiment tal-Kuntratti, fl-għoti tal-kuntratti lill-private training providers sabiex joffru t-tagħlim tal-ICT f’isem l-MCAST, ma rriżultaw ebda irregolaritajiet jew ksur ta’ liġi minn naħa ta’ dawn iż-żewġ entitajiet. |
| B’riżultat ta’ din l-investigazzjoni, erba’ | persuni minn żewġ private training providers tal-ICT li kienu tefgħu l-offerta tagħhom ser jitressqu l-qorti minħabba li allegatament għamlu dikjarazzjonijiet foloz lil awtorita` pubblika meta ssottomettew l-offerta tagħhom lill-Bord tal-Għażla. |
| L-uniku osservazzjoni li għamlet il-Pulizija, | fil-konfront tal-Bord tal-Għażla, kienet li kien hemm traskuraġni li ma tammontax għal att kriminali iżda li wieħed xorta għandu jassigura li ma terġax isseħħ. |
| Dan l-iżvilupp ixejjen għal kollox | l-allegazzjonijiet li għamel l-Onor. Evarist Bartolo, Kelliem tal-Oppożizzjoni, f’dawn l-aħħar ġimgħat, dwar irregolaritajiet li skont hu, kienu mwettqa mill-Bord tal-Għażla u mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Issa ġie kkonfermat mill-Pulizija illi dawn l-allegazzjonijiet kienu bla bażi u nfondati fejn jirrigwardaw il-Bord tal-Għażla u li kollox tmexxa skond il-liġi. |
| Ta’ min ifakkar li d-dewmien biex l-istudenti | jissejħu biex jibdew l-istudji tagħhom ma kienx jiddependi mill-MCAST, mid-Dipartiment tal-Kuntratti u mill-Bord tal-Appell. Il-Bord tal-Appell ma setax jisma l-każ qabel il-files ġew rilaxxati mill-Pulizija filwaqt li kienet għaddejja l-investigazzjoni mitluba. Fil-fatt issa li l-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha, il-Bord tal-Appell mistenni jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fil-ġranet li ġejjin. |
| Kif qalet il-Ministru tal-Edukazzjoni, Dolores | Cristina fil-Parlament, kieku l-Onor. Bartolo, kif għamel f’xi okkażjonijiet oħra, kellimha dwar ir-rapporti li waslulu, setgħet issir ħidma komuni sabiex tinstab soluzzjoni fl-interess tal-istudenti li tħallew jistennew biex jibdew l-istudji tagħhom. |
| Issa li ntemmu l-proċeduri tal-Pulizija, u kif | ġie assigurat fil-ġimgħat li għaddew, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, tat struzzjonijiet lill-amministrazzjoni tal-MCAST sabiex, kif tkun magħrufa s-sentenza tal-appell, jittieħdu l-passi kollha meħtieġa ħalli l-korsijiet jinbdew immedjatament. Fil-ġranet li ġejjin, l-MCAST hija mistennija li ssejjaħ lil dawk l-istudenti li applikaw u li għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jibdew l-istudji tagħhom fl-ICT. |
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ | u Sport, flimkien mal-MCAST, jixtiequ jerġgħu jiggarantixxu li dawn l-istudenti ser jingħataw l-istess sigħat ta’ tagħlim fl-istess livell ta’ studenti oħra li diġà bdew il-kors tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984