Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT ITEMM IŻ-ŻJARA UFFIĊJALI  F’SANTA VENERA

PR1799
Date Icon 23/11/2008
“Raħal li fl-aħħarsnin kiber b’residenti li ġew minn diversi nħawi minn Malta, fejn teżisti għaqda bejn il-komunita’ ta’ qabel ma’ dik il ġdida,  b’attivita’ kbira flimkien”– Hekk iddeskriva Santa Venera il-President Eddie Fenech Adami meta indirizza l-kunsilliera fi tmiem iż-żjara uffiċjali ta’ jumejn.
Dalgħodul-President u s-Sinjura Fenech Adami wara li semgħu l-quddiesa fil-Parroċċa ta’ Santa Venera, li din is-sena għalqet 90 minn mindu twaqqfet, żammew l-użanza li fil-laqgħat uffiċjali tagħhom jiltaqgħu mar-residenti tal-lokal għal kafe u pastizzi.  Il-President qal li kien il-pjaċir tiegħu li jżur Santa Venera raħal bi storja u b’residenti b’sens ta’ komunita’, riżultat tal-ħidma tal-għaqdiet volontarji u l-Kunsill Lokali. Hawnhekk il-President irrefera għall-laqgħa li kellu nhar il-Ħamis filgħaxija meta ltaqa’ ma’ diversi għaqdiet volontarji fir-raħal.
Il-Presidentakkumpanjat mis-Sindku is-Sinjura Elizabeth Vella ltaqa’ ma’ numru ta’ personalitajiet fir-raħal, bħal Joe Micallef li huwa induratur magħruf l-iktar għax-xogħol fuq l-arloġġ tal-lira u li jgħallem din is-sengha, biex dan ix-xogħol Malti ma jintilifx. Kien ta’ pjaċir għall-President li jżur il-qassisin fil-kunvent ta’ San Ġużepp kif ukoll l-anzjani ta’ Dar Ħanin Samaritani.
Il-Presidentiltaqa’ wkoll mal-membri tas-Soċjeta’ Filarmonka Santa Venera u mat-tfal ta’ Santa Venera Youth Nursery waqt it-training tagħhom. Żar ukoll il-ġnien Romeo Romano fejn hemm is-Sienja u kien hawnhekk li seta’ jara il-ħidma tal-boys scouts u l-girl guides u membri tal-M.U.S.E.U.M waqt l-attivtajiet tagħhom.
Fi programmseparat, is-sinjura Fenech Adami żaret l-anzjani f’Apap Institute immexxi mis-sorijiet tad-Dumnikani kif ukoll persuni bi problemi soċjali fi ħdan il-bini Konservatorju Vincenzo Bugjeja li jilqa’ fih erba’ entitajiet li huma Dar is-Sliem, Joan Antide, Fejda u Shelter Home.  Is-Sinjura Fenech Adami żaret ukoll familji fil-bżonn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow