Left arrow Go Back

Kors ġdid fl-Imprenditorija

PR1795
Date Icon 21/11/2008
Iċ-Ċentru ta’Tagħlim tul il-Ħajja (Lifelong Learning Centre) li jinsab fl-Imsida, ser jibda kors ġdid fl-imprenditorija.  Il-kors jismu “The Steer 2 Success”.
L-għan tal-korshu li jinkoraġixxi aktar nies jieħdu linja aktar professjonali meta jagħżlu li jmexxu n-negozju tagħhom.  Il-kors għandu wkoll jistimula lil dawn in-nies fuq inizjattivi biex in-negozju, anke jekk hu żgħir, jirrendi ruħu f’suċċess u ta’ sodisfazzjon għan-negozjant.
Kull lezzjonisejra tkun twila sagħtejn, darba fil-ġimgħa (kull nhar ta’ Tlieta).  Biex min diġa għandu negozju ikun jista’ jattendi wkoll, il-lezzjonijiet sejrin isiru bejn is-1.30 u t-3.30 ta’ wara nofsinnhar.
Dawn il-lezzjonijiet ser ikunu mmexxijamis-Sinjura Sangeeta Sullivan.  Il-lezzjonijiet jibdew mid-9 ta’ Diċembru 2008 u jibqgħu sejrin sa’ l-aħħar ġimgħa ta’ Mejju 2009.
Ir-reġistrazzjoni ta’ dawk interessati jibqgħujintlaqgħu sa’ nofsinnhar tal-Ġimgħa 5 ta’ Dicembru, 2008, f’Kamra Nru. 320, Direttorat tas-Servizzi Edukattivi, Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Istudenti (Telefon 2598 2444 jew 2598 2301; Fax 2598 2123 jew fuq posta elettronika eveningcourses.medc@gov.mt).  Hemm ħlas ta’ reġistrazzjoni ta’ €46.59 għal dan il-kors.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow