POLITIKA TA’ SUSTANZA, MHUX POLITIKA GĦALL-GALLERIJA
| L-istqarrija | tad-Deputat Laburista, l-Onor. Leo Brincat dwar il-Bidla fil-Klima hi tattika ta’ aljenazzjoni biex tinħeba s-superfiċjalita’ tal-Partit Laburista f’dan il-qasam. In-nuqqas ta’ impenn serju min-naħa ta’ l-Oppożizzjoni, jistona ferm aktar meta jitqies dak li hu għaddej bħalissa mill-Gvern. |
| L-isfida | tat-tibdil fil-klima ma tingħelibx b’ħafna stqarrijiet u kliem fieragħ. Ir-riżoluzzjoni li ressaq id-Deputat Laburista l-Onor. Leo Brincat fil-Parlament hi riżoluzzjoni ta’ 150 kelma. Il-Bidla fil-Klima titlob impenn aktar serju minn hekk, u proposti ċari u konkreti u mhux politika għall-gallarija. |
| Il-Gvern mar għas-sustanza; tant li fi ftit jiem | oħra l-Kumitat ta’ Esperti maħtur mill-Gvern dwar il-Bidla fil-Klima, mistenni li jipprezenta abbozz ta’ strateġija nazzjonali biex tiġi indirizzata din l-issue. Fil-proċess għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport, saru sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ bosta għaqdiet u entitajiet fosthom anki ma’ l-Onor. Leo Brincat innifsu; għalhekk id-Deputat Laburista hu konxju ta’ dak li qed jagħmel il-gvern b’konsultazzjoni wiesgħa. |
| Għalkemm l-abbozz ta’ strateġija għadu ma ġiex | ipprezentat, il-Gvern diġa ħa, u se jieħu mizuri konkreti mmirati biex jindirizzaw din il-bidla fil-klima. Il-Budget li ġie preżentat dan ix-xahar fih ukoll inizjattivi f’din id-direzzjoni. Fost dawn insibu: |
· skemi favur xiri ta’ apparat bħal solar water heaters biex l-ilma fid-djar jissaħħan mix-xemx u għalhekk jitnaqqas il-konsum ta’ l-elettriku;
· skemi favur l-użu ta’ panelli fotovojtajici li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx;
· tqassim ta’ lampi energy-saving b’xejn lil kull familja biex bis-serjeta’ tiddaħħal kultura ġdida u fid-djar jintuża aktar tagħmir li jnaqqas il-konsum taż-żejt,
· appoġġ lill-industrija f‘investimenti favur effiċjenza fl-użu tal-enerġija li tiġġedded,
· it-tnedija tar-riforma tat-trasport pubbliku biex aktar nies jiġu mħajjra jagħmlu użu minn dan is-servizz u b’hekk jonqsu l-karozzi mit-toroq u jonqsu l-emmissjonijiet,
· inċentivi għall-uzu ta' karozzi izgħar u aktar nodfa li jnaqqsu l-emmissjonijiet;
· proposta biex pajjizna jkollu wind farms
Fuq l-issue tat-tibdil fil-klima, il-Gvern diġa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi u li se jkun qed jimxi magħhom, fosthom:
· li ġaladarba tkun finalizzata, l-abbozz tal-istrateġija nazzjonali tiġi mressqa għal perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika wiesa’, inkluz ma’ tfal;
· li l-Gvern mhu qed jeskludi l-ebda mizura minn issa, pero’ jrid li l-ewwel ikollu l-abbozz ta’ strateġija u jisma’ mingħand il-poplu.
Kull tentattiv ta’ l-Onor. Brincat li jkompli jaljena lill-poplu mhu se jservi għal xejn ħlief biex ikompli jfakkar lill-poplu li sal-lum, l-Onor. Leo Brincat u l-Oppożizzjoni għadhom ma resqu ebda proposta konkreta u dan biex ma jirriskjawx li jidhru ħazin ma’ xi sezzjoni tal-elettorat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984