Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI Jattendi laqgha tal-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA ta’ l-UE FI BRUSSEL

PR1791
Date Icon 21/11/2008
“Jekk irridu nibnuEwropa waħda magħquda fid-diversità, irridu nippromwovu l-mobilità u ċittadinanza attiva f’kull skola f’kull belt u raħal fl-Unjoni Ewropea.”
Dan qalus-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li  kien qed jindirizza l-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea, responsabbli mill-Edukazzjoni li qed jiltaqa’ fi Brussel u li kien qed jiddiskuti l-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel, l-edukazzjoni inklussiva u l-mobiltà fl-edukazzjoni.
Clyde Puli qal liMalta laqat b’mod pożittiv il-konklużjonijiet tal-Aġenda għall-Kooperazzjoni Ewropea dwar l-Iskejjel. Dawn il-konklużjonijiet jimxu id f’id mal-viżjoni tal-Gvern Malti għal titjib fl-iskejjel u l-kwalità tal-Edukazzjoni. Hu tkellem dwar kif f’Malta qed jiżviluppa l-kunċett tal-Kulleġġi li l-Gvern jixtieq jara li jkompli jiżviluppa anke permezz ta’ networking ma’ skejjel jew gruppi ta’ skejjel oħra fi Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Is-SegretarjuParlamentari tkellem ukoll dwar l-edukazzjoni inklussiva. Hu semma kif il-Gvern fl-aħħar snin investa miljuni ta’ ewro biex isaħħaħ din is-sistema. Semma kif is-sistema edukattiva Maltija tagħti għajnuna individwali lil studenti li jkollhom bżonn l-għajnuna; servizz li hu provdut kemm f’livell primarju kif ukoll sekondarju. Clyde Puli semma wkoll kif il-Gvern hu mpenjat li jkompli jagħti taħriġ lil dawk kollha involuti fil-qasam edukattiv biex ikompli jnissel sistema edukattiva li tkun aktar inklussiva.
Is-SegretarjuParlamentari qal li Malta temmen bi sħiħ fl-impatt pożittiv li tħalli l-mobilità u għaldaqstant ħeġġeġ għal żieda fil-promozzjoni tal-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea li jgħinu dan il-proċess. Hu rrefera għall-programm ‘Żgħażagħ fl-Azzjoni’, li joffri fondi għaż-żgħażagħ u l-għaqdiet tagħhom u jiffoka fuq edukazzjoni non-formali u l-‘Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja’ li minnhom qed igawdu ż-żgħażagħ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow