Left arrow Mur Lura

L-Awtorita’ tad-Djar toħroġ 152 post għall-bejgħ

PR1789
Date Icon 21/11/2008
F’konferenzatal-aħbarijiet li saret dalghodu, li fiha nħarġu għall-bejgħ diversi postijiet f’lokalitajiet differenti f’Malta u f’Ghawdex, il-Ministru John Dalli sostna li permezz ta’ din l-iskema, l-Gvern qed joħroġ għall-bejgħ total ta’ 152 post bi prezz sussidjat b’rata ta’ 20% fuq il-prezz kummerċjali. Il-valur kummerċjali tal-postijiet għall-bejgħ jammonta għal €16,256,700; għaldaqstant is-sussidju fuq dan l-ammont huwa ta’ €3,251,340.
Il-Ministru Dalliqal li bħalma l-Gvern wiegħed fil-programm elettorali tiegħu, lest li jgħin aktar nies biex isiru sidien ta’ djarhom bl-impenn tal-Gvern ikun dak li jkompli joħroġ aktar skemi li joffru akkomodazzjoni soċjali affordabbli.
Il-Ministru għall-PolitikaSoċjali qal li rridu nassiguraw l-etika bejn min iħallas it-taxxa u min jirċievi l-benefiċċji soċjali.
Il-Ministru JohnDalli fid-diskors tiegħu żied jgħid ukoll li l-impenn tal-Gvern tul din il-leġislatura se jkun ukoll li jinbnew għadd ta’ postijiet għall-kiri sabiex ikunu akkomodati wkoll koppji żagħżagħ li m’għandhomx il-mezzi li jixtru post minkejja s-sussidju.
Din l-iskema liqed inniedu llum, żied il-Ministru, tikkumplimenta l-iskema li nidejna ftit tal-jiem ilu. Dan juri l-impenn tal-Gvern sabiex ikompli jgħin lil persuni li għandhom bżonn l-għajnuna biex fis-soċjeta’ tagħna ħadd ma’ jibqa’ lura.
L-appartamenti taħt dinil-ħarġa jinsabu f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex fosthom Birkirkara, Kirkop, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mrieħel, Mtarfa, Naxxar, Pembroke, Qawra, Tarxien, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq u x-Xewkija, Għawdex.
Għal din il-Konferenza stampakien hemm prezenti wkoll iċ-Chairman ta’ l-Awtorita’ tad-Djar is-Sur Charles Borg u l-Kap Eżekuttiv, Dr. Paul Debattista. Fil-kumment tiegħu, iċ-Chairman ta’ l-Awtorita’ tad-Djar stqarr li “l-għan ta’ l-Awtorita’ hu li tipprovdi housing aktar affordabbli u tagħmel housing soċjali aktar aċċessibli għal grupp wiesgħa ta’ nies fil-bżonn. Il-maġġoranza tal-postijiet huma riservati għal familji bit-tfal u koppji għarajjes. F’kull kategorija, l-Awtorita’ l-ewwel talloka sa 10% tal-postijiet lill-applikanti li jkollhom diżabilita’ fiżika jew mentali kif ukoll dawk li jkollhom membri tal-familja jgħixu magħhom b’diżabilita’.”
F’dinil-ħarġa hemm 101 post bi tliet ikmamar tas-sodda, 42 post b’żewġt ikmamar tas-sodda u 9 postijiet b’kamra tas-sodda waħda. Il-prezz medju bis-sussidju ta’ post bi tliet ikmamar hu ta’ € 91,786, il-prezz medju bis-sussidju ta’ post b’żewġt ikmamar tas-sodda hu ta’ € 77,095 filwaqt li l-prezz medju  bis-sussidju ta’ post b’kamra waħda hu ta’ € 55,218.  L-appartamenti kollha jiġu mibjugħin finished jew semi-finished.
F’din il-ħarġa l-Awtorita’ qiegħda tkompli timxifuq il-passi tagħha favur l-ambjent; il-postijiet kollha għandhom miżuri ekoloġiċi bħal insulation fuq il-bjut, aperturi double glazing, louvers u bjar f’kull blokka. Hemm spazju wkoll għall-installazzjoni ta’ solar water heaters għaldaqstant qed ninkoraġixxu lill-applikanti biex jinstallaw dan l-apparat.
Il-formoli ta’ l-applikazzjoni u l-pjantijistgħu jinxtraw mill-uffiċċju ta’ l-Awtorita’ tad-Djar fi 22 Triq Pietro Floriana Furjana jew minn 25, Triq Neriku Mizzi Victoria, Għawdex bejn it-Tnejn l-1 u d-19 ta’ Diċembru, iż-żewġ dati nklużi, bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar.  Matul dan il-perjodu, ser ikun hemm rappreżentanti ta’ l-Awtorita’ tad-Djar sabiex jassistu lill-applikanti fl-applikazzjoni tagħhom għax-xiri ta’ proprjeta’.
L-Awtorita’ tad-Djar ser tibda tilqa’l-applikazzjonijiet minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 16 ta’ Jannar mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Il-Website ta’ l-Awtorita’ tad-Djar www.housingauthority.com.mt se tkun ukoll aġġornata biex tipprovdi l-informazzjoni kollha rigward din il-ħarġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow