Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU U S-SINJURA GONZI, JAGĦMLU ŻJARA FIL-KULLEĠĠ SAN ĠORĠ PRECA, SKOLA PRIMARJA SANT IERMU, VALLETTA

PR1788
Date Icon 20/11/2008
“Jien nixtieq li l-iskejjel mhux biss ikunupostijiet tat-tagħlim, izda postijiet fejn tieħdu gost tiġu titgħallmu, tiddiskutu, tiddevertu, tilgħabu, tesperimentaw, tiżviluppaw u toħorġu l-kreattivita’ tagħkom.”
Danqalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’messaġġ qasir lill-istudenti u lill-għalliema fi tmiem  żjara fl-Iskola Primarja Sant Iermu fil-Belt Valletta, li hija l-iskola li ntagħzlet biex l-istudenti li jattendu fiha, ipinġu l-kartolina uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru. Prezenti kien hemm ukoll is-Sinjura Gonzi.
Il-Prim Ministru qal illi din il-kartolina mhuxbiss tintbagħat f’pajjiżna imma tintbagħat ukoll lill-mexxejja barranin madwar id-dinja u għalhekk l-għazla li din il-kartolina ssir mit-tfal, għandha sservi bħala stqarrija li turi it-tfal tagħna x’kapaċi jagħmlu.
B’referenza għal użu tat-teknoloġijafit-tagħlim, il-Prim Ministru qal illi llum jezistu għodod ġodda ta’ tagħlim biex it-tfal jizviluppaw lilhom infushom u l-fatt li t-tfal minn eta’ daqshekk zgħira juzaw din it-teknoloġija jawgura tajjeb għal futur tal-pajjiz . Hu ħeġġeġ lit-tfal li huwa importanti li jieħdu sehem f’attivitajiet differenti u li m’għandhom qatt jiddejqu jesprimu l-ideat u juru l-kapaċijtajiet tagħhom.
Il-Prim Ministru rringrazzja wkoll lil għalliemau ‘l dawk illi jmexxu lil din l-iskola għal ħin u d-dedikazzjoni li huma jagħtu lil dawn it-tfal. Hu qal illi l-għalliema għandhom il-privileġġ li jkunu parti mill-iżvilupp ta’ dawn it-tfal.
Il-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi darumal-klassijiet kollha ta’ din l-iskola u ltaqgħu mal-istudenti u l-għalliema tagħhom. Waqt iż-żjara tagħhom fil-klassijiet, kellhom l-okkazjoni li jaraw lit-tfal jippreparaw din il-kartolina u kif ukoll jaraw lit-tfal jipparteċipaw waqt sessjonijiet ta’ tagħlim.
Qabel ma ħallew l-iskola, l-istudenti kollhanġabru fl-entratura tal-iskola fejn kantaw diversi innijiet tal-Milied u rringrazzjaw lill-Prim Ministru u lis-Sinjura Gonzi taż-żjara u tal-opportunita’ li ngħataw. Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru bħala ringrazzjament ipprezenta għadd ta’ kotba lil-librerija tal-iskola biex jintuzaw mit-tfal.
L-inizjattiva li tfal minn skejjel differenti jintalbu jiddisinjaw il-kartolina uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru qed issir għat-tielet sena.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow