Left arrow Mur Lura

“NGĦIXU B’VIŻJONI ĦALLI NFASSLU L-FUTUR” - IL-PRESIDENT FENECH ADAMI WAQT IŻ-ŻJARA TIEGĦU FL-ISKEJJEL F’SANTA VENERA

PR1786
Date Icon 20/11/2008
“Irridu ngħixub’tama u b’viżjoni sabiex b’dak li nagħmlu llum inkunu qegħdin infasslu l-għada ta’ ħajjitna” – Dan kien il-messaġġ tal-President Eddie Fenech Adami lill-istudenti meta dalgħodu kien qed iżur il-Kulleġġ ta’ San Mikiel, immexxi mis-superjuri tal-M.U.S.E.U.M., waħda minn erbat iskejjel li hemm f’Santa Venera, hekk kif nieda ż-Żjara Uffiċjali fir-raħal.
Il-PresidentFenech Adami akkumpanjat mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura u Sports, Dolores Cristina żar ukoll l-iskola Primarja ta’ Santa Venera u l-iskola  Sekondarja tas-subien San Franġisk t’Assisi, li t-tnejn jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Tereża. Il-President iltaqa’ ukoll mal-istudenti tal-Kulleġġ ta’ San Elija tas-subien, immexxija mill-Karmelitani.
Fl-iskola SanFranġisk t’Assisi, il-President iltaqa’ mal-istudenti fil-Food Lab fejn seta’ josservahom isajru l-ikel waqt il-lezzjoni tal-Home Economics, kif ukoll il-workshop fejn isir taħriġ tekniku u manwali waqt l-edukazzjoni tat-teknoloġija. Hawnhekk il-President faħħar il-kwalità ta’ tagħlim tal-iskola li l-istudenti qed jirċievu u li qed iwassal sabiex joħorġu l-aħjar mill-kwalitajiet tagħhom biex ikunu ta’ ġid mhux biss għalihom innifishom iżda wkoll għall-pajjiż.
Fl-iskolaPrimarja ta’ Santa Venera, il-President Fenech Adami qal li f’dan iż-żmien tal-iskola huwa importanti għaliex l-istudenti qed jitgħallmu jgħixu ma’ l-istudenti sħabhom fi spirtu tajjeb biex ikunu preparati għall-ħajja tagħhom fis-soċjetà. Fil-Kulleġġ ta’ San Elija, il-President faħħar l-impenn tal-Karmelitani li jaraw li mat-taħriġ akkademiku qed tingħata enfasi lill-valuri kattoliċi, valuri li jagħmlu parti mill-identità tagħna l-Maltin.
Fiż-żjarat tiegħufl-iskejjel il-President Fenech Adami kien milqugħ bi programmi b’mużika, kant u drama mħejjija apposta mill-istudenti u l-għalliema. Il-President kien akkumpanjat mis-Sindku ta’ Santa Venera, is-Sinjura Elizabeth Vella.
Ilejla, il-PresidentFenech Adami se jiltaqa’ mal-għaqdiet volontarji f’Santa Venera waqt laqgħa fejn fiha l-President jisma’ ħidmiethom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow