Is-Segretarju Parlamentari Chris Said jagħmel site visit fuq ix-xogħol ta’ tisbiħ li qed isir fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex
PR1785
20/11/2008
| L-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, llum għamel żjara fuq xogħol ta’ tisbieħ li qed isir fi Pjazza San Ġorġ, fir-Rabat Għawdex. Dan ix-xoghol qed isir fuq l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex. |
| Dr Said kien akkumpanjat mis-Sindku | tal-Lokalita’ Robert Tabone li spjegalu l-proċess kollu tax-xogħol li qiegħed isir biex jinħareġ il-potenzjal kollu ta’ din il-Pjazza. |
| Ix-xogħol tal-bażi tal-Pjazza wasal lejn tmiemu | u matul il-ġimgħa li ġejja se jiġi konkluż. Dan ix-xogħol kien jinkludi it-tħaffir u l-bini ta’ żewġ kanali dawra mejt mal-Pjazza, wieħed għas-servizzi u l-ieħor għall-ilma kif ukoll ta’ l-għoti tal-konkos bħala sodda għall-pavimentar. |
| It-tieni fażi tax-xogħol se tkun tikkonsisti | fit-tneħħija tal-wires u s-servizzi kollha li għaddejjin mal-faċċati tal-bini tad-djar u l-ħwienet tal-madwar li se jitpoġġew taħt l-art fil-kanal mibni apposta. Fl-istess ħin ser issir ukoll il-luminazzjoni ta’ l-istess Pjazza permezz ta’ disinn mill-artist tad-dawl Taljan, Stefano Dall’Osso li qiegħed jaħdem flimkien mal-kumpanija tal-inġiniera Galea Curmi. |
| It-tielet u l-aħħar fażi tkun dik tat-tqegħid | tal-materjal li se jintuża bħala pavimentar. |
| Dr. Chris Said faħħar ix-xogħol li qiegħed isir, | li jidher li sar bil-għaqal u b’ħafna ħsieb biex tiġi rrispettata l-identita’ tal-Pjazza. Hu kompla jgħid li ż-żmien relattivament qasir li ħa dan il-proġett biex illum qiegħed fi stadju daqshekk avvanzat jikkonferma kemm il-Kunsilli Lokali verament sa mit-twaqqif tagħhom ħadmu bi sħiħ fl-interess tar-residenti li jirrappreżentaw. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said, permezz | ta’ preżentazzjoni bil-power point seta’ japprezza d-disinn tad-dawl tal-Pjazza li kien għadu kif wasal għand il-Kunsill. Hawnhekk ukoll is-Segretarju Parlamentari kkummenta favur l-inizjattiva li proġett bħal dan, ħa ħsieb ukoll juża materjal illuminattiv li ma jikkonsmax ħafna dawl anzi li se jnaqqas drastikament il-konsum tad-dawl ta’ l-istess Pjazza; mentri fl-istess waqt, se jillumina l-istess Pjazza b’mod mill-isbaħ u mill-iktar professjonali. |
| Is-Sindku Robert Tabone irringrazzja | lis-Segretarju Parlamentari taż-żjara tiegħu u qal li żjarat bħal dawn jikkonfermaw kemm il-Gvern huwa qrib il-Kunsilli Lokali u qrib ix-xogħol li huma jagħmlu fid-diversi lokalitajiet. Dan hu xhieda ta’ l-impenn tal-Gvern favur lokalitajiet iktar sostenibbli u dan il-proġett hu eżempju ta’ kif il-Kunsilli jistgħu verament jgħinu b’mod tanġibbli biex din il-mira nazzjonali tintlaħaq f’qasir żmien. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984