Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said jagħmel site visit fuq ix-xogħol ta’ tisbiħ li qed isir fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex

PR1785
Date Icon 20/11/2008
L-Onor. Chris  Said, Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, llum għamel żjara  fuq xogħol ta’ tisbieħ li qed isir fi Pjazza San Ġorġ, fir-Rabat Għawdex. Dan ix-xoghol qed isir fuq l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex.
Dr Said kien akkumpanjat mis-Sindkutal-Lokalita’ Robert Tabone li spjegalu l-proċess kollu tax-xogħol li qiegħed isir biex jinħareġ il-potenzjal kollu ta’ din il-Pjazza.
Ix-xogħol tal-bażi tal-Pjazza wasal lejn tmiemuu matul il-ġimgħa li ġejja se jiġi konkluż.  Dan ix-xogħol kien jinkludi it-tħaffir u l-bini ta’ żewġ kanali dawra mejt mal-Pjazza, wieħed għas-servizzi u l-ieħor għall-ilma kif ukoll ta’ l-għoti tal-konkos bħala sodda għall-pavimentar.
It-tieni fażi tax-xogħol se tkun tikkonsistifit-tneħħija tal-wires u s-servizzi kollha li għaddejjin mal-faċċati tal-bini tad-djar u l-ħwienet tal-madwar li se jitpoġġew taħt l-art fil-kanal mibni apposta.  Fl-istess ħin ser  issir ukoll il-luminazzjoni ta’ l-istess Pjazza permezz ta’ disinn mill-artist tad-dawl Taljan, Stefano Dall’Osso li qiegħed jaħdem flimkien mal-kumpanija tal-inġiniera Galea Curmi.
It-tielet u l-aħħar fażi tkun dik tat-tqegħidtal-materjal li se jintuża bħala pavimentar.
Dr. Chris Said faħħar ix-xogħol li qiegħed isir,li jidher li sar bil-għaqal u b’ħafna ħsieb biex tiġi rrispettata l-identita’ tal-Pjazza.  Hu kompla jgħid li ż-żmien relattivament qasir li ħa dan il-proġett biex illum qiegħed fi stadju daqshekk avvanzat jikkonferma kemm il-Kunsilli Lokali verament sa mit-twaqqif tagħhom ħadmu bi sħiħ fl-interess tar-residenti li jirrappreżentaw.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said, permezzta’ preżentazzjoni bil-power point seta’ japprezza d-disinn tad-dawl tal-Pjazza li kien għadu kif wasal għand il-Kunsill.  Hawnhekk ukoll is-Segretarju Parlamentari kkummenta favur l-inizjattiva li proġett bħal dan, ħa ħsieb ukoll juża materjal illuminattiv li ma jikkonsmax ħafna dawl anzi li se jnaqqas drastikament il-konsum tad-dawl ta’ l-istess Pjazza; mentri fl-istess waqt, se jillumina l-istess Pjazza b’mod mill-isbaħ u mill-iktar professjonali.
Is-Sindku Robert Tabone irringrazzjalis-Segretarju Parlamentari taż-żjara tiegħu u qal li żjarat bħal dawn jikkonfermaw kemm il-Gvern huwa qrib il-Kunsilli Lokali u qrib ix-xogħol li huma jagħmlu fid-diversi lokalitajiet.  Dan hu xhieda ta’ l-impenn tal-Gvern favur lokalitajiet iktar sostenibbli u dan il-proġett hu eżempju ta’ kif il-Kunsilli jistgħu verament jgħinu b’mod tanġibbli biex din il-mira nazzjonali tintlaħaq f’qasir żmien.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow