IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI JITKELLEM DWAR IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-VOLONTARJAT WAQT IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA FI BRUSSELL
PR1784
20/11/2008
| “Il-Volontarjat hu fil-lista | ta’ prioritajiet tal-Unjoni Ewropea u Malta qed tkompli taħdem biex iżżid dejjem aktar in-numru ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ dan it-tip.” |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, responsabbli miż-Żgħażagħ, li kien qed jiddiskuti l-mobilità taż-żgħażagħ permezz tal-volontarjat. |
| Clyde Puli semma kif Malta | għandha tradizzjoni ta’ żgħażagħ li jagħtu servizz ta’ volontarjat f’numru kbir ta’ pajjiżi kemm madwar l-Ewropa kif ukoll f’pajjiżi anqas żviluppati barra l-Ewropa. Hu enfasizza li hemm bżonn li dawn it-tip t’attivitajiet volontarji jkomplu jiżdiedu għax permezz tagħhom jitkabbar is-sens ta’ solidarjetà fost iż-żgħażagħ. |
| Clyde Puli sostna li l-Unjoni | Ewropea teħtieġ toħloq strument b’saħħtu li jservi ta’ promozzjoni għal attivitajiet simili. Hu qal li minbarra li l-mobilità taż-żgħażagħ għandha tiġi mbuttata permezz tas-sistema edukattiva, hemm bżonn li l-għaqdiet li jaħdmu maż-żgħażagħ jingħataw aktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet u l-programmi li jistgħu jibbenefikaw minnhom u li huma indirizzati għalihom. |
| Is-Segretarju Parlamentari | qal li attivitajiet ta’ dan it-tip għandhom ikollhom rikonoxximent akbar u għaldaqstant saħaq dwar il-bżonn li jkunu msaħħa permezz ta’ ċertifikazzjoni li tissarraf bħala esperjenza fis-CV ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa, li jieħdu sehem. Fil-każ ta’ esperjenza volontarja f’impjieg, iż-żgħażagħ għandhom ikollhom aċċess minn qabel għal informazzjoni u pariri dwar l-opportunitajiet li tista’ toffri din it-tip ta’ esperjenza. Dan jista’ jsir permezz tas-sit fuq l-internet dwar il-mobilità fix-xogħol, EURES. |
| Clyde Puli ssuġġerixxa l-ħolqien | ta’ mekkaniżmi li jinkoraġġixxu kumpaniji multinazzjonali biex jippromwovu skambji ta’ apprentistat għall-ħaddiema żgħażagħ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984