PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR. JOSEPH CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA, WAQT L-OKKAŻJONI TA’ GĦELUQ L-EWWEL SENA TAL-ISPTAR MATER DEI – 20 TA’ NOVEMBRU 2008
§ L-istejjer ta’ suċċess f’Mater Dei bdew jinħassu meta tħares lejn l-istatistika.
§ Tul l-ewwel għaxar xhur minn Novembru tas-sena l-oħra sa Settembru saru 30,837 operazzjoni.
§ Dan ifisser medja ta’ 100 operazzjoni kuljum.
§ Minn dawn l-operazzjonijiet fl-istess xhur 5728 operazzjoni kienu emerġenza, filwaqt li 25,090 kienu ppjanati.
§ Minn dawn 8,580 kienu operazzjonjiet maġġuri.
§ Issa meta tqabbel x-xhur bejn Jannar u Settembru 2008 (meta t-trasferiment kien komplut u l-isptar beda jiffunzjona sew) ma’ Jannar u Settembru 2007, iż-żieda fl-operazzjonijiet maġġuri, din is-sena kienet ta’ kważi 300.
§ Eżempju minn Jannar sa Settembru saru 866 operazzjoni tal-kataretti, 178 knee replacement, 39 hip replacement, 224 bypass, 486 operazzjoni tal-ftuq, 1403 angiogram, u 477 angioplasty.
§ Mill-20 ta’ Novembru tas-sena l-oħra sa nhar it-Tlieta li għadda 18 ta’ Novembru, f’Mater Dei twieldu 3,870 tarbija.
§ Meta nitkellmu dwar pazjenti li ddaħħlu fis-swali, l-istatistika turi li bejn Jannar u Ottubru 67599 pazjenti ddaħħlu fis-swali tal-isptar Mater Dei, 4192 aktar milli kienu ddaħħlu f’San Luqa fl-istess perjodu s-sena ta’ qabel.
§ Fosthom 9114 pazjent li ddaħħlu fir-Renal Unit.
§ Hawnhekk ta’ min isemmi li pazjent f’sala ġenerali jiġi jiswa aktar minn 256 ewro kuljum, pazjent f’sala high dependency jiswa aktar minn 489 ewro kuljum, filwaqt li pazjent fit-taqsima tal-kura intensiva jiswa 932 ewro kuljum.
§ Meta nħarsu lejn l-OutPatients, bejn Jannar u Ottubru, dawk il-pazjenti li ħadu trattament jew kienu nvistati jgħoddu għal 319,303. Dan ifisser żieda ta’ 56,239 pazjent fuq l-istess perjodu s-sena li għaddiet.
§ Anke hawnhekk tajjeb li wieħed jiftakar li kull MRI li jsir jiswa 700 ewro, kull CT Scan jiswa 465 ewro u kull X-Ray jiswa 23 ewro.
§ Id-Dipartiment tal-Emerġenza: Tul din is-sena, minn Jannar sa Ottubru li għadda marru 108,235 pazjent, differenza ta’ 2752 fuq is-sena l-oħra. Dan grazzi għal kampanja li bdiet f’Lulju li għadda.
§ Dawn l-indikazzjonijiet ta’ suċċess f’Mater Dei fl-ewwel sena u dan is-suċċess ġie u jkompli jasal grazzi għal kull min jaħdem f’dan l-isptar: konsulenti, tobba u infermiera li kollha jagħtu l-aħjar għall-pazjent.
§ Aħna bħala Gvern determinati li nkomplu naħdmu biex dan l-isptar tassew joffri l-aqwa servizz tas-saħħa u b’mod effiċjenti.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984