BIEX IT-TFAL KOLLHA JMORRU AĦJAR
| Bħala parti mill-proċess ta’ informazzjoni dwar | ir-riforma li tħabbret mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports Dolores Cristina dwar il-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja, min-nhar it-Tnejn li ġej se jibdew sensiela ta’ laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni li għalihom huma mistiedna jattendu, ġenituri, għalliema u membri tal-pubbliku inġenerali. |
| Sadattant, l-istazzjon televiżiv tad-Diviżjoni | tal-Edukazzjoni, Education 22, se jkun qed ixandar il-preżentazzjoni tad-Dokument ta’ Konsultazzjoni li saret nhar it-Tlieta u li matulha tħabbret ir-riforma li hi mmirata biex it-tfal kollha jmorru aħjar. |
Il-preżentazzjonijiet se jixxandru:
· Il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru fid- 9.00pm
· Is-Sibt, 22 ta’ Novembru fil- 11.00am
· Il-Ħadd, 23 ta’ Novembru fis- 7.30pm
Ir-riforma li qed tiġi proposta hi intiża biex it-tfal kollha jmorru aħjar u dan billi:
· Ikomplu jitjiebu l-kwalità u l-istandards tat-tagħlim fl-iskejjel;
· Titjieb l-esperjenza tat-tagħlim għat-tfal b’aktar faċilitajiet fl-iskejjel u bl-appoġġ meħtieġ għall-għalliema;
· L-eżamijiet jibqgħu, iżda l-progress tal-istudenti jiġi mkejjel tul is-sena kollha b’assessjar kontinwu;
· L-eżami li jagħmlu t-tfal fl-aħħar tas-sitt sena tal-Primarja jsir biex jiġi mkejjel f’hiex waslu t-tfal u jinħoloq benchmarking nazzjonali;
· Sistema edukattiva li tindokra lit-tfal, toħroġ il-potenzjal tagħhom u tagħraf il-ħiliet differenti tagħhom f’suġġetti differenti;
· Sistema edukattiva li permezz tagħha jitneħħa l-istress bla bżonn minn fuq it-tfal u l-ġenituri;
· Aktar studenti jkomplu jistudjaw wara l-età obbligatorja ta’ 16-il sena.
Minbarra laqgħat ta’ konsultazzjoni li se jsiru fil-Kulleġġi kollha, il-Ministeru qiegħed jirċievi wkoll ir-reazzjonijiet u l-proposti fuq skola@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984