Left arrow Go Back

BIEX IT-TFAL KOLLHA JMORRU AĦJAR

PR1781
Date Icon 20/11/2008
Bħala parti mill-proċess ta’ informazzjoni dwarir-riforma li tħabbret mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports Dolores Cristina dwar il-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja, min-nhar it-Tnejn li ġej se jibdew sensiela ta’ laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni li għalihom huma mistiedna jattendu, ġenituri, għalliema u membri tal-pubbliku inġenerali.
Sadattant, l-istazzjon televiżiv tad-Diviżjonital-Edukazzjoni, Education 22, se jkun qed ixandar il-preżentazzjoni tad-Dokument ta’ Konsultazzjoni li saret nhar it-Tlieta u li matulha tħabbret ir-riforma li hi mmirata biex it-tfal kollha jmorru aħjar.

Il-preżentazzjonijiet se jixxandru:

·        Il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru fid- 9.00pm

·        Is-Sibt, 22 ta’ Novembru fil- 11.00am

·        Il-Ħadd, 23 ta’ Novembru fis- 7.30pm

Ir-riforma li qed tiġi proposta hi intiża biex it-tfal kollha jmorru aħjar u dan billi:

·        Ikomplu jitjiebu l-kwalità u l-istandards tat-tagħlim fl-iskejjel;

·        Titjieb l-esperjenza tat-tagħlim għat-tfal b’aktar faċilitajiet fl-iskejjel u bl-appoġġ meħtieġ għall-għalliema;

·        L-eżamijiet jibqgħu, iżda l-progress tal-istudenti jiġi mkejjel tul is-sena kollha b’assessjar kontinwu;

·        L-eżami li jagħmlu t-tfal fl-aħħar tas-sitt sena tal-Primarja jsir biex jiġi mkejjel f’hiex waslu t-tfal u jinħoloq benchmarking nazzjonali;

·        Sistema edukattiva li tindokra lit-tfal, toħroġ il-potenzjal tagħhom u tagħraf il-ħiliet differenti tagħhom f’suġġetti differenti;

·        Sistema edukattiva li permezz tagħha jitneħħa l-istress bla bżonn minn fuq it-tfal u l-ġenituri;

·        Aktar studenti jkomplu jistudjaw wara l-età obbligatorja ta’ 16-il sena.

Minbarra laqgħat ta’ konsultazzjoni li se jsiru fil-Kulleġġi kollha, il-Ministeru qiegħed jirċievi wkoll ir-reazzjonijiet u l-proposti fuq skola@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow