Left arrow Mur Lura

IMPENN GĦAL RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU

PR1774
Date Icon 19/11/2008
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni jirreferi għall-istqarrija tal-lum tal-Assoċjazzjoni Trasport Pubbliku. Il-Ministeru qed jiċċara dak li l-Assoċjazzjoni qed tgħid kien miftiehem magħha billi qed jippubblika ittra mill-Onor. Jesmond Muglett, dakinhar Ministru responsabbli mit-trasport, lill-President tal-Assoċjazzjoni Trasport Pubbliku fis-26 ta’ Frar 2008.
Minn dik l-ittra jidher ċar li ma kien għad sarebda ftehim mal-Assoċjazzjoni li din tibqa’ tipprovdi s-servizz ta’ trasport pubbliku għal għaxar snin mingħajr ma tiddaħħal kompetizzjoni. Kien hemm iżda l-intenzjoni espressa li l-Gvern jidħol għal tali ftehim sakemm dan ikun “fil-parametri tal-leġislazzjoni Ewropea”.
Kif taf l-Assoċjazzjoni l-Gvern kien qedjiddiskuti mal-Unjoni Ewropea l-qsim tas-servizz Malti f’numru ta’ kuntratti biex il-kuntratti jkunu żgħar biżżejjed li jaqgħu taħt il-limitu permess mid-Direttiva Ewropea li tippermetti kuntratti diretti lil impriżi żgħar. Kif taf l-Assoċjazzjoni wkoll, biex din is-sistema tkun vijabbli għall-operaturi membri tagħha, l-Assoċjazzjoni riedet tibqa’ l-post minn fejn jinqasam id-dħul u l-infieq tal-operat tat-trasport pubbliku kollu f’Malta. Dan jirriżulta, fil-fehma tal-Kummissjoni Ewropea, li m’hux konformi mad-Direttiva Ewropea u allura ma jistax isir.
Il-Gvern jibqagħlu biss l-għażla lijinnazzjonalizza s-servizz tat-trasport pubbliku – li ma jixtieqx jagħmel – jew inkella joħroġ għal proċess kompetittiv t’għażla l-forniment tas-servizz tat-trasport pubbliku minn fornituri privati li jistgħu jkunu l-Assoċjazzjoni jew uħud mill-membri tagħha: jekk hekk jixtiequ jagħmlu u jekk jirriżultaw l-aktar kompetittivi wara proċess kompetittiv miftuħ.
Naturalment il-Gvern hu kommess li jekkis-sidien li joperaw illum ma jibqgħux joperaw wara li jintemm dan il-proċess kompetittiv, il-Gvern itihom kumpens xieraq wara diskussjonijiet sabiex jintlaħaq kumpens ġust, kif inhu fuq kollox espressament iddikjarat fl-ittra tal-Onor. Mugliett.
Il-Ministeru intant jesprimi sodisfazzjon lil-ATP illum tistqarr li tixtieq riforma u li tiddaħħal kemm jista’ jkun malajr. Dan jawgura tajjeb biex l-Assoċjazzjoni, jekk hekk tixtieq, jew uħud mill-membri tagħha, jekk hekk jixtiequ, jagħmlu t-tibdil li għandhom bżonn jagħmlu biex ikunu jistgħu jikkompetu m’oħrajn biex ifornu servizz ta’ trasport pubbliku eċċellenti li jixraqlu pajjiżna.
Il-Ministeru jassigura lill-Assoċjazzjoni li ħanota tal-fehmiet li esprimiet bil-miktub fil-konsultazzjoni pubblika li bdiet f’Lulju li għadda meta l-Gvern ippubblika l-viżjoni tiegħu. Bħal ma semma’ lill-Assoċjazzjoni, il-Gvern semma’ l-fehmiet ukoll ta’ mijiet ta’ ċittadini privati u ażjendi u organizzazzjonijiet oħra li esprimew il-fehmiet tagħhom dwar kif għandu jitjieb it-trasport pubbliku.
Fil-5 ta’ Diċembru 2008, il-Gvern serjippubblika l-fehmiet tiegħu u l-ħsibijiet dwar kif għandu jkun trasport pubbliku riformat fil-Konferenza Nazzjonali dwar it-Trasport Pubbliku.

.../pr1774.pdf

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow