Left arrow Go Back

SODISFAZZJON TA’ MALTA GĦALL-FTEHIM MILĦUQ DWAR IL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX TFAL FL-ISKEJJEL PRIMARJI JINGĦATAW FROTT U ĦXEJJEX B’XEJN

PR1772
Date Icon 19/11/2008
Malta llum esprimietis-sodisfazzjon tagħha għall-ftehim milħuq dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex mis-sena skolastika 2009/2010 jibdew jingħataw frott u ħxejjex b’xejn lit-tfal fl-iskejjel primarji kollha.  Diskussjoni finali dwar din il-proposta saret waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u Sajd li ltaqa’ llum fi Brussels u li għaliha qed jattendi l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino.
Bil-ftehim wara negozjati finali, l-allokazzjonifinanzjarja lil Malta żdiedet b’madwar 60% tas-somma proposta oriġinarjament mill-Kummissjoni Ewropea għal €175,000 fis-sena għat-tliet snin li ġejjin.  Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea torbot ukoll lill-Istati Membri li jniedu strateġija ta’ promozzjoni ffinanzjata minn fondi nazzjonali.
Il-Ministru George Pullicino qal li l-GvernMalti huwa determinat li jara li din l-inizjattiva tkun suċċess.  Hu tenna li l-impenn tal-Gvern joħroġ ċar mill-fatt li fl-estimi finanzjarji għas-sena d-dieħla l-Gvern alloka €1.2 miljuni oħrajn għall-implimentazzjoni ta’ din il-proposta biex ikun żgurat li t-tfal jirċievu frott u ħxejjex kuljum.
Huwa saħaq li fl-ewwel reviżjoni li ssir għaldin l-iskema fis-snin li ġejjin, għandu jiżdied il-budget fuq livell Ewropew sabiex ikun żgurat li qed jintlaħqu l-aspettativi taċ-ċittadini f’dan il-qasam.
Il-Ministru George Pullicino qal li partiimportanti mill-implimentazzjoni tal-iskema se tkun kampanja ta’ informazzjoni li teduka dwar il-kwalitajiet nutrizzjonali tal-frott u l-ħaxix.  Hu qal li dan hu iktar importanti f’pajjiżi bħal Malta li għandhom rati għolja ta’ obeżita’ fost it-tfal.
Il-Ministru Pullicino qal li Malta tapprezza l-fattli l-proposta finali tal-Kummissjoni Ewropea tagħti bizzejjed flessibilita’ lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati t-tradizzjonijet u l-prodotti reġjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow