LAQGHAT TAL-PRIM MINISTRU MAL-GRTU U UNIONS
PR1771
18/11/2008
| Illum il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ltaqa’ f’laqgħat | separati mal-GRTU u l-Unions li talbu laqgħa miegħu l-ġimgħa li għaddiet. |
| Mal-GRTU saret diskussjoni | dwar iż-żieda fl-investiment biex tikber l-ekonomija fiċ-ċirkostanzi preżenti ta’ kriżi internazzjonali. Ġie maqbul li ssir analiżi u diskussjoni teknika dwar suġġerimenti tal-GRTU in vista tat-tariffi tad-dawl u l-ilma. |
| Il-Unions ippreżentaw | suġġerimenti dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma li l-Gvern se jkun qiegħed jifli fid-dawl tal-prinċipji li dak li jiġi kkunsmat f’elettriku u ilma għandu jiġi mħallas; li jkun inċentivat l-għaqal fl-użu u l-konsum tal-enerġija u l-ilma; u li jitnaqqas il-ħela billi dan joħloq piż akbar għaliex jikber il-konsum taż-żejt u għalhekk tiżdied in-nefqa tal-pajjiż barra minn Malta f’dan il-prodott. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984