TNEDIJA TA’ DOKUMENT KONSULTATTIV DWAR RIFORMA FIL-QASAM TAL-EDUKAZZJONI: IL-MIXJA MILL-PRIMARJA GĦAS-SEKONDARJA – BIEX IT-TFAL KOLLHA JMORRU AĦJAR
PR1768
18/11/2008
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport, Dolores Cristina, dalgħodu nidiet Dokument ta’ Konsultazzjoni dwar il-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja. Id-dokument fih proposti li jaħsbu għal riforma fil-mod kif it-tfal Maltin jgħaddu mill-edukazzjoni primarja għal dik sekondarja b’mod li jassikura li t-Tfal Kollha Jmorru Aħjar. |
| It-tnedija ta’ dan id-dokument saret fl-iskola | primarja ta’ San Ġwann, fil-preżenza ta’ numru ta’ tfal, ġenituri, għalliema u edukaturi. |
| Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalita’ u | Standards fil-Ministeru tal-Edukazzjoni għamlet preżentazzjoni fejn spjegat il-proposti li fih id-Dokument ta’ Konsultazzjoni. Il-Ministru Dolores Cristina, flimkien ma’ Grace Grima u Micheline Sciberras, Direttur Ġenerali għas-Servizzi Edukattivi wieġbu d-domandi tal-ġurnalisti u taw spjegazzjonijiet dwar dan id-Dokument kif ukoll dwar ħidma oħra li qed issir bħalissa mid-Direttorat tal-Edukazzjoni. |
| Preżenti għat-tnedija kien hemm ukoll Clyde | Puli, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport; l-Onor. Evarist Bartolo, kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni; is-Sur Frans Borg, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni; rappreżentanti tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika tal-Kurja, tal-Iskejjel tal-Knisja u tal-Iskejjel Privati; rappreżentanti tal-Kunsilli Skolastiċi u tal-Għaqdiet tal-Ġenituri, Diretturi fid-Direttorat tal-Edukazzjoni, il-Prinċipali tal-Kulleġġi Skolastiċi u l-media. |
| Fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se jsiru laqgħat | ta’ konsultazzjoni fid-diversi kulleġġi skolastiċi dwar din ir-riforma u għalihom huma mistiedna li jattendu ġenituri, għalliema u dawk kollha interessati fil-qasam edukattiv. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984