SERVIZZ ELETTRONIKU IEĦOR BIEX JIFFRANKA ĦIN U SPEJJEŻ LIN-NEGOZJANTI
PR1767
18/11/2008
| Il-Gvern jixtieq li ħafna aktar persuni u | operaturi kummerċjali jużaw is-servizzi tal-Gvern elettroniku għaliex jemmen li fid-dinja tal-lum, l-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni moderni għandhom iservu sabiex titjieb l-effiċjenza u ċ-ċittadin u n-negozjant ikun jista’ jinqeda aħjar anke minn daru stess. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt it-tnedija ta’ proġett pilota li permezz tiegħu id-Dipartiment tal-VAT se jibda jibgħat messaggi bl-sms lill-persuni reġistrati għall-VAT, sabiex ifakkarhom li jkun wasal iż-żmien li tagħlqilhom il-formola tal-VAT. |
| Il-Ministru spjega kif hemm il-ħsieb li jkompli | jiġi żviluppat biex ikopri servizzi anke personalizzati. Għalissa, il-messaġġi li se jintbagħtu se jkunu messaġġi ġenerali u allura l-messaġġ ma jkunx qiegħed jiżvela ċerti dettalji personali dwar il-persuna reġistrata. |
| Tonio Fenech ħeġġeġ lil kull min hu fin-negozju | biex jibda juża dan is-servizz bla ħlas li se jgħin biex jiffranka l-ħin lill-operaturi tan-negozju u b’hekk ikunu jistgħu jiddedikaw ħinhom aktar lin-negozju tagħhom. |
| Fl-istess okkażjoni, il-Kummissarju tal-VAT, | Joseph Sammut spjega li s-sena l-oħra d-Dipartiment tal-VAT kien nieda website ġdida li permezz tagħha ġew provduti diversi servizzi online. Dawn kienu jinkludu s-sottomissjoni tal-formola tal-VAT u l-pagament online u servizzi oħra li bihom persuna reġistrata setgħet tikseb tagħrif online dwar il-pożizzjoni tagħha mad-Dipartiment. Servizzi bħal per eżempju, x’inhu l-bilanċ ta’ x’wieħed għandu jagħti, talbiet għall-kotba tar-riċevuti fiskali jew talbiet għal tibdil fl-istatus tal-persuna reġistrata. Ma’ dan is-servizz se jkun ukoll introdott servizz għal min jippreferi servizz ta’ notifiki permezz ta’ email. |
| Għal | din l-okkażjoni kien preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u l-Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi. |
Għal aktar informazzjoni, żur il-website tad-Dipartiment tal-VAT: http://www.vat.gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984