DISKORS MIS-SINJURA CATHERINE GONZI, FIL-FTUĦ TAL-VALLETTA WEEK 2008 ORGANIZZAT MILL-EQUAL PARTNERS FOUNDATION BIL-KOLLABORAZZJONI TAD-DIVIŻJONI TAL-EDUKAZZJONI U L-KUNSILL LOKALI VALLETTA – ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI
PR1763
17/11/2008
| Nixtieq | nirrangrazzja lill Equal Partners Foundation, tal-istedina biex flimkien magħkom nagħti bidu għal din il-Valletta Week. |
| Din | l-attività mtella’ mill-Equal Partners Foundation; inizjattiva li twassal messaġġ favur l-inklużjoni ta’ kull persuna fis-socjeta`. |
| X’nifhmu | meta nghidu ‘inklużjoni ta’ kull persuna fis-socjeta`?’ Nifhmu li kull persuna, hi min hi – tista’ tkun fqira, b’dizabilita` fizikali jew mentali, kulur tal-gilda differenti, twemmin differenti - ghandu jkollha l-opportunita` u ċans li tieħu sehem fl-attivitajiet kollha li jsiru fil-komunita`- fil-parroċċi, fl-iskejjel, fil-grounds tal-isports, fil-hwienet, fir-ristoranti, f’postijiet ta’ divertiment, xogħol u knejjes. |
| L-Equal | Partners għarfu li l-aħjar mod li jwasslu dan il-messaġġ ta’ inklużjoni hu permezz tagħkom it-tfal għaliex il-parteċipazzjoni tagħkom toħloq entużjażmu u tama għal mentalita` u attitudni iżjed miftuħa għal kulħadd. |
L-inklużjoni hi dritt ta’ kull persuna.
| Għalhekk | nixtieq nawgura lill-Fondazzjoni Equal Partners għax-xogħol tagħhom ma’ persuni b’diżabilita’; għal din l-inizjattiva Partners in Culture li twassal messaġġ favur l-inklużjoni, filwaqt li tħeġġeġ ukoll lit-tfal sabiex japprezzaw il-wirt storiku Malti, hawn fil-Belt Valletta. L-attivita’ torbot żewġ għaniet nobbli flimkien - rispett lejn il-persuna u rispett lejn il-wirt tagħna. |
| Nirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Belt | Valletta li jgħin biex din l-attivita’ tkun suċċess. |
| Fl-aħħar, | ninkoraġġixxi lilkom it-tfal li flimkien mal-għalliema tkomplu tibnu/trawwmu soċjeta` inklussiva. Il-parteċipazzjoni qawwija tagħkom -15,000 student - turi l-impenn tagħkom u tal-għalliema lejn l-inklussivita`. Nawguralkom jum pjaċevoli flimkien ma’ ħafna persuni differenti biex flimkien tapprezzaw l-Istorja u l-wirt tal-Belt Valletta. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984