Left arrow Mur Lura

AZZJONIJIET TA’ INFURZAR FIL-BELT VALLETTA

PR1759
Date Icon 17/11/2008
Dalgħodu uffiċjali tad-Diviżjoni Proprjeta’tal-Gvern (GPD) bl-assistenza ta’ membri tal-Korp tal-Puluzija, għamlu azzjoni ta’ infurzar fil-Belt Valletta fl-inħawi tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.  Dawn l-azzjonijiet seħħew wara li l-istabbilimenti ġew servuti b’ittra ta’ avviż sabiex iżommu mal-kundizzjonijiet maħruga lilhom fil-permessi ta’ encroachment.
Sal-10:00 ta’ dalgħodu nġabru minn fuq il-post,numru ta’ mwejjed, siġġijiet, umbrellel, u affarijiet varji oħra.  Dawn l-affarjiet kollha kienu fuq art pubblika ’l barra mill-konfini tal-permess tal-encroachment.
Ix-xahar li għadda, fil-Belt Valletta stess saruazzjonijiet ta’ infurzar f’Bieb il-Belt, kif ukoll tqassmu ittri ta’ avviż f’numru ta’ nħawi oħra.  Minn April l-hawn saru azzjonijiet ta’ infurzar f’Tas-Sliema, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Birżebbuġia, Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar, Xlendu u Marsalforn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow