AZZJONIJIET TA’ INFURZAR FIL-BELT VALLETTA
PR1759
17/11/2008
| Dalgħodu uffiċjali tad-Diviżjoni Proprjeta’ | tal-Gvern (GPD) bl-assistenza ta’ membri tal-Korp tal-Puluzija, għamlu azzjoni ta’ infurzar fil-Belt Valletta fl-inħawi tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Dawn l-azzjonijiet seħħew wara li l-istabbilimenti ġew servuti b’ittra ta’ avviż sabiex iżommu mal-kundizzjonijiet maħruga lilhom fil-permessi ta’ encroachment. |
| Sal-10:00 ta’ dalgħodu nġabru minn fuq il-post, | numru ta’ mwejjed, siġġijiet, umbrellel, u affarijiet varji oħra. Dawn l-affarjiet kollha kienu fuq art pubblika ’l barra mill-konfini tal-permess tal-encroachment. |
| Ix-xahar li għadda, fil-Belt Valletta stess saru | azzjonijiet ta’ infurzar f’Bieb il-Belt, kif ukoll tqassmu ittri ta’ avviż f’numru ta’ nħawi oħra. Minn April l-hawn saru azzjonijiet ta’ infurzar f’Tas-Sliema, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Birżebbuġia, Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar, Xlendu u Marsalforn. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984