Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-WHITE TAXIS

PR1757
Date Icon 15/11/2008
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni jirreferi għall-istqarrija ta’ l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tat-Taxis il-Bojod u jistaqsi x’inhu dak li kien miftiehem magħha meta temmet l-istarjk ta’ ftit xhur ilu li qed tgħid li qed tistenna li l-Gvern jonora.
Il-Gvern hu impenjat li jirriforma t-trasportpubbliku u dan jinkludi l-ftuħ tas-suq tat-taxis li llum hu tant magħluq li hawn 250 taxi biex jaqdu lil Malta kollha. Dan in-numru tant baxx iżomm il-prezzijiet għoljin u m’hux prattiku biex il-Maltin jużaw it-taxis bħala alternattiva għat-trasport privat.
Issir riferenza għal dak li l-Assoċjazzjoniqalet li xi ħadd irrappurtalha li qal Emanuel Delia, Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru fi programm televiżiv. Qabel ikkumentat fuq dak li qallha xi ħadd ieħor, l-Assoċjazzjoni messa vverifikat il-fatti. Minn dak li qed tgħid hi, hu probabbli li min irrappurtalha fehem ħażin l-osservazzjoni li r-restrizzjoni tas-suq tat-taxis Malti hi tant estrema li f’Malta hawn fost lanqas taxis ras għal ras għall-popolazzjoni Maltija mqabbla ma’ bliet oħra fl-Ewropa. M’hemmx dubju li l-assoċjazzjoni tista’, jekk trid, tivverifika dan il-fatt ma’ l-International Road Transport Union li hi stess hi membru tagħha u tirreferi għaliha.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow