STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI: AKTAR ŻBALJI TA’ JOSEPH MUSCAT DWAR IT-TARIFFI TAD-DAWL U L-ILMA
| Il-mexxej Laburista Joseph Muscat illum ta | lill-unions sensiela ta’ numri u tabelli li suppost wasluh għall-konklużjoni tal-wegħda elettorali tal-Partit Laburista li “s-surcharge għandha titnaqqas bin-nofs”. Dak li ppreżenta l-mexxej Laburista hu mibni fuq premessi u kalkoli żbaljati. Hi sfortuna li l-mexxej Laburista jittratta lill-mexxejja tal-unions b’dan il-mod u flok jippreżentalhom studji serji u jgħid min għamilhom ippreżentalhom tabelli żbaljati li ma riedx jgħid min għamilhom. Lanqas ma ppreżentahom kif wasal għall-konklużjonijiet li wasal għalihom. Dan jikkonferma s-superfiċjalità tal-politika tal-Partit Laburista. |
| Il-premessi fir-rapport suppost tekniku ta’ | Joseph Muscat huma żbaljati għax kontra l-impressjoni li ried jagħti. |
| 1. Is-surcharge | ma kinitx tinħadem fuq il-prezz tal-prodotti taż-żjut ta’ dik inhar li tinbidel iżda fuq il-medja tal-prezzijiet tat-tlett xhur ta’ qabel tinbidel biex tirrifletti r-realtà ta’ dak li ħallset l-Enemalta għaż-żejt li xtrat biex taħraq l-elettriku. Jekk allura trid tinħadem is-surcharge għal Ottubru, din kienet tinħadem fuq il-prezzijiet taż-żjut f’Lulju, Awissu u Settembru li laħqu l-ogħla livelli rekord fl-istorja tan-negozju taż-żejt. Anke li kieku l-mexxej Laburista kellu raġun xi darba ridna nħallsu għall-għoli rekord ta’ kmieni matul is-sena għax meta ż-żejt f’Lulju kien ogħla Malta ma waqfitx tuża l-elettriku. Hu għalhekk li t-tabelli ta’ Joseph Muscat huma mibnija għall-konvenzjenza ta’ l-argument tiegħu u m’hux biex jispjegaw il-fatti. Hu għajb li l-Partit Laburista jippreżenta tabelli żbaljati lill-unions biex jagħti raġun lilu nnifsu għal skopjiet partiġġjani; |
2. Is-surcharge kienet tirrifletti biss iċ-ċaqlieq fil-prezzijiet taż-żjut. Dan ifisser li mill-1998 sal-lum il-prezzijiet ta’ l-elettriku u l-ilma qatt ma nbidlu biex jirriflettu l-investimenti tal-korporazzjonijiet u ċ-ċaqlieq inflazzjonarju normali li jiġi mill-mgħodija t’għaxar snin;
3. L-istqarrija li l-Gvern “irid jaħbi l-inefiċċjenzi ta’ l-Enemalta” bl-għoli fil-prezzijiet hi għal darb’oħra miċħuda u dan jidher mid-dokumentazzjoni li ppubblika l-Gvern li turi li l-ineffiċjenzi ta’ l-Enemalta huma esklużi mill-istima tal-flejjes li għandhom jinġabru għat-tariffi. L-istima m’għamilhiex il-Gvern iżda qabbad il-konsulenti esterni minn KPMG. Minn naħa tiegħu Joseph Muscat, jikkwota konsulenti anonimi. Għalfejn Joseph Muscat għandu jippretendi li jitwemmnu aktar mill-KPMG, konsulenti li jaħbu wiċċhom u r-reputazzjoni tagħhom?
| 4. Il-prezzijiet | ta’ €357 għall-fuel oil u €622 għall-gas oil huma wkoll premessi żbaljati. Il-Gvern wera bl-aktar mod ċar fuq liem bażi kien qed jistabilixxi t-tariffi u dawn kienu stima ta’ spiża ta’ €223,140,000 matul sena biex jinxtara ż-żejt li għandha bżonn l-Enemalta għall-elettriku. Din iċ-ċifra hi €50 miljun anqas mill-istima bbażata fuq il-prezzijiet medji ta’ Settembru 2008 (l-istima oriġinali) fejn il-Gvern ħa r-riskju li l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt jibqgħu aktar baxxi matul is-sena d-dieħla. Dan kollu kien premess kemm-il darba iżda Joseph Muscat injorah f’dik li suppost kienet l-analiżi tiegħu llum; |
| 5. Il- | prinċipju li titneħħa s-surcharge u naqilbu għall-mudell ta’ tariffi bbażati fuq prinċipji ekonomiċi huwa aċċetat minn kulħadd. Il-kampanja li qiegħed jipprova jagħmel Joseph Muscat li jipprova jekkwivala t-tariffi ġodda ma’ rata ta’ surcharge huwa eżerċizzju żbaljat minnhu nnifsu. Il-premessi li nħadmu fuqhom t-tariffi ġodda huma differenti minn dawk li kien jinħadem fuqu l-mudell tas-surcharge, partikolarment il-prinċipju tal-allokazzjoni tad-dħul li issa huma bbażati fuq il-konsum tal-kategorji differenti. |
| Ma jistax jinftiehem kif fi spazju ta’ ftit | versi, Joseph Muscat illum ikkonkluda li s-surcharge missa tkun 99% u fl-istess waqt missa tkun 61%. Il-qabża minn ċifra għall-oħra ma turi ebda aritmetika li tista’ tkun bażi għal din il-konklużjoni. L-istess bħalma Joseph Muscat ma jurix kif ħadem li t-tibdil fit-tariffi hu ekwivalenti għal 194% meta l-verità hi li t-tariffi, jekk għandhom jitqabblu mas-surcharge, jiġu bejn 125 u 130%. |
| Li kieku l-Gvern zamm is-surcharge ta’ 99% kif | qieghed jissuggerixxi Joseph Muscat, il-Gvern kien ikollu jissussidja aktar lill-Enemalta waqt li l-investiment meħtieġ għal aktar ġenerazzjoni ta’ l-elettriku effiċjenti u li tniġġeż anqas kien jisfa bla finanzjament. Dan juri n-nuqqas ta’ viżjoni tal-Partit Laburista. Il-Partit Laburista b’dawn l-argumenti qed juri li ma jinteressahx li jkollna provvista adekwata biex inkomplu nsostnu u noħolqu aktar impjiegi. Ma jinteressahx mis-saħħa tan-nies li tiġi minn investiment ġdid li jnaqqas it-tniġġiż. |
| Il-Gvern hu sogħbien li l-mexxej Laburista li | jrid jiġġieled il-prinċipju maqbul minn ħaddieħor li min jikkonsma l-elettriku għandu jħallas għalih waqt li jinżamm l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħin li min tassew jeħtieġ is-sussidju. Il-Gvern illum qed jagħti għajnuna lil 30,000 familja, jiġifieri familja minn kull sitta qed tirċievi l-energy benefit. |
| Minkejja li l-mexxej Laburista fit-8 ta’ | Settembru kien qal li se jagħmel il-proposti tiegħu għat-tariffi tad-dawl u l-ilma, għaddew aktar minn xahrejn u dan baqa’ m’għamlux. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984