DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IL-PRANZU AD UNUR L-E.T. MS QUENTIN BRYCE, GVERNATUR GENERALI TAL-COMMONWEALTH TAL-AWSTRALJA
PR1753
15/11/2008
Gvernatur Ġenerali,
Eċċellenza,
Eċċellenzi,
Sinjuri,
| Huwa bi pjaċir kbir | għalija li nilqagħkom hawnhekk, il-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja u l-Eċċellenza Tiegħek, fil-Berġa ta’ Kastilja. Nifraħlek għall-ħatra riċenti tiegħek f’din il-kariga għolja |
| L-Awstraljani | għandhom il-fama li jħobbu jivvjaġġaw ħafna. Eluf ta’ żgħażagħ Awstraljani jibdew il-ħajja tagħhom bħala adulti billi jivvjaġġaw madwar id-dinja. Eluf jagħżlu l-Ewropa bħala l-ewwel destinazzjoni tagħhom, ħafna drabi jinkludu ’l Malta. Huwa ta’ unur għalina li l-Eċċellenza Tiegħek ukoll għażlet lil Malta bħala parti mill-ewwel żjarat uffiċjali tiegħek. |
| Bħala Prim Ministru, | għandi l-unur li lqajt Malta sew Gvernatur Ġenerali kif ukoll Prim Ministru Awstraljan. Fl-2007 kellna żjara wkoll minn delegazzjoni uffiċjali mill-Parlament Awstraljan. Il-veru karattru esploratur Awstraljan ħareġ matul din iż-żjara meta membru ta’ din id-delegazzjoni, membru federali minn Cairns, skopra li wieħed mill-arazzi tas-17-il seklu fil-Palazz Presidenzjali juri Cassowaries li jinsabu biss fl-istat tagħkom ta’ Queensland. Din l-iskoperta tqanaqal il-mistoqsija jekk kienx veru Captain Cook li kien l-ewwel esploratur mill-Punent li jirfes fuq l-Awstralja la darba l-arazz antiċipa ż-żjara ta’ Captain Cook fl-Awstralja b’mitt sena. |
Eċċellenza
| Kif taf, il-pajjiżi | taghna t-tnejn ‘huma mdawra bil-baħar’ u nispera li taqbel, it-tnejn huma ‘ta’ ġmiel rari liema bħalu’ Matul is-snin ir-relazzjoni bejn l-Awstralja u Malta dejjem issaħħet. Għandna relazzjonijiet politiċi li huma eċċellenti, waqt li fl-oqsma legali, edukattivi u kulturali ż-żewġ pajjiżi jaqsmu wirt u viżjoni komuni. |
| Tqabadna spalla | ma’ spalla fiż-Żewġ Gwerer Dinjija u fidila lejn il-missjoni tagħha ta’ Nurse of the Mediterranean Malta tat kenn ukoll u kkurat ħafna suldati Awstraljani feruti tul il-Gallipoli Campaign. Illum Jum l-ANZAC huwa jum speċjali ta’ tifkira f’Malta li jkun kommemorat kull sena. |
| Eċċellenza, | ir-relazzjoni bejn il-pajjiżi tagħna hija msejsa fuq għanijiet komuni, valuri u interessi li nħaddnu t-tnejn li aħna, kif ukoll sens bażiku profond ta’ respett u ħbiberija. Minkejja dan, din il-ħbiberija hija aktar profonda minn dawn il-karatteristiċi u valuri nobbli. Qiegħed nirreferi għar-relazzjoni li hija ssiġillata b’affinità ta’ demm. |
| L-ewwel Maltin waslu | l-Awstralja fit-tletinijiet tas-seklu dsatax. Għall-ewwel ħafna sawru ħajjithom madwar l-industrija tal-kannamieli fi Queensland. L-immigranti Maltin komplew għal ħafna snin. L-Awstralja għoġbot b’mod partikolari lill-Maltin u l-Għawdxin wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta madwar 50,000 emigrant ħallew xtutna biex jibnu ħajja ġdida u aktar prospera u ġeneralment kienu milqugħin kordjalment. |
| It-telfa tagħna | serviet ta’ gwadann għalikom u l-unika konsolazzjoni tagħna hija li l-Maltin fl-Awstralja rnexxielhom isiru professjonisti proattivi ħafna fin-negozju, fil-politika u l-kummerċ. Il-kapaċità kbira tagħhom li jadattaw għal ċirkustanzi differenti jagħmilna kburin. |
| Kif tista’ tara, | Gvernatur Ġenerali, huwa f’dan id-dawl li nikkunsidraw lill-Awstraljani mhux biss bħala ħbieb tagħna iżda bħala parti mill-familja estiża tagħna. Hija din ir-relazzjoni mill-qrib li wasslitni biex inqajjem il-kwistjoni ta’ immigrazzjoni irregolari mal-Prim Ministru Kevin Rudd f’Settembru li għadda. Jiena konxju mill-fatt li l-Awstralja għaddiet mill-esperjenza ta’ mewġiet kbar ta’ rifuġjati fl-imgħoddi u tkompli tilqa’ rifuġjati permezz tal-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti. Kien ta’ sodisfazzjon meta qaluli li l-Prim Ministru Rudd talab lill-Ministru għall-Immigrazzjoni biex jinvestiga s-sitwazzjoni li Malta qed tiffaċċja f’dan ir-rigward. |
Eċċellenza
| Illum, Malta hija | wkoll membru tal-Unjoni Ewropea. L-iffirmar riċenti tal-Qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ewro-Awstraljan jawgura tajjeb mhux biss għal aktar tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi tagħna, iżda wkoll jipprovdi bażi oħra komuni li fuqha nkunu nistgħu naffrontaw b’suċċess l-isfidi tal-lum ta’ relevanza globali dejjem akbar. |
| Sew l-Awstralja kif | ukoll Malta jħaddnu politika barranija fejn jispikkaw it-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tagħhom, il-promozzjoni tad-drittijiet umani u d-demokrazija, kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tar-reġjuni kollha fid-dinja. Ninnota b’sodisfazzjoni li l-pajjiżi tagħna jkomplu jikkollaboraw mill-qrib f’dawn l-oqsma, speċjalment fin-Nazzjonijiet Uniti u fil-Commonwealth. |
| Peress li Malta llum | qed taspira li tkun fornitur ewlieni tas-servizzi finanzjarji, ċentru strateġiku tat-trasbord u waħda minn ta’ quddiem fl-industrija tal-informatika, nawgura li l-Awstralja tikkunsidra li tkompli tibbenefika minn dak li Malta għandha x’toffri. |
| Fuq din in-nota | Sinjuri, nistedinkom tgħollu t-tazzi tagħkom u tixorbu bis-saħħa tal-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja u l-poplu tal-Awstralja. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984