Release No 1752 - IL-MINISTRU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI JIFTAĦ IL-FIERA TA’ L-GĦASEL
PR1752
15/11/2008
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, | l-Onor. George Pullicino, dalgħodu fetaħ il-Fiera ta’ l-Għasel, liema fiera oriġinat biex jiġi varat il-proġett għall-konservazzjoni tan-naħla Maltija. Il-proġett huwa nmexxi mit-Taqsima tal-Apikultura fl-Għammieri, bl-iskop li terġa titkabbar din in-naħla endemika li tant hija efiċċjenti u superjuri għal naħal ieħor. Il-Kunsill ta’ Santa Venera aċċetta li jgħin f’dan il-proġett billi provda parti minn Ġnien Romeo Romano biex jitpoġġew il-kolonji tan-naħal. |
| Qegħdin jipparteċipaw f’din | il-Fiera bosta produtturi tal-għasel Malti, l-istudenti tal-ITS li qed joffru riċetti tal-ikel u xorb bl-għasel, hemm wkoll ikel tipikament Malti għal- bejgħ kif ukoll esebizzjoni ta’ snajja Maltin bħal bizzilla u newl. |
| Għal din l-okkazjoni Casa | Leoni li kienet ir-residenza tal-Gran Mastru Manwel de Vilhena u li tmiss ma’ ġnien Romero Romano hija wkoll miftuħa għall-pubbliku. Attrazzjoni prinċipali f’dan il-ġnien huwa ir-razzett u s-sienja unika bil-bagħal li jttella l-ilma li kien jiġi mill-akewedott, li qed terġa tiġi mħaddma għal matul din il-fiera. |
| Il-fiera tal-Għasel hija | miftuha millum is-Sibt 15 ta’ Novembru bejn l-10am u 8 pm u l-Ħadd 16 ta’ Novembru bejn it-8 u il 5 pm. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984