DISKORS MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU DOTTOR EDWARD FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA, WAQT IL-PRANZU STATALI AD UNUR L-EĊĊELLENZI TAGĦHOM IS-SINJURA QUENTIN BRYCE, GVERNATUR ĠENERALI TAL-COMMONWEALTH TAL-AWSTRALJA U S-SUR MICHAEL BRYCE – IL-PALAZZ, VALLETTA
PR1750
14/11/2008
Eċċellenza Gvernatur Ġenerali,
Eċċellenza Sur Bryce,
Eċċellenzi,
Mistednin distinti,
| Il-mara tiegħi u jien għandna | pjaċir kbir li nilqgħu lilek Eċċellenza u lill-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Bryce f’Malta. Din hija l-ewwel żjara statali f’Malta minn Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja. Hija wkoll l-ewwel żjara tiegħek barra minn pajjiżek li qed isseħħ hekk qrib il-ħatra tal-Eċċellenza Tiegħek bħala Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja. Nifirħulek għal din il-ħatra u napprezzaw dan il-ġest tiegħek. |
| L-Awstralja u Malta | huma marbutin b’rabtiet qawwija ta’ familji u b’rabtiet ta’ qraba, ħbiberija u interess komuni versu l-prosperità, il-paċi u s-sigurtà. Aħna ħdimna flimkien għal ħafna snin f’istituzzjonijiet multilaterali fi ħdan il-Commonwealth u n-Nazzjonijiet Uniti u kkoperajna flimkien f’diversi inizjattivi li ttieħdu. Inħarsu ’l quddiem biex inkomplu b’din il-kollaborazzjoni għal ħafna snin li ġejjin. |
| Ir-relazzjonijiet | bejn l-Awstralja u Malta jmorru lura għall-aħħar tat-tletinijiet tas-seklu dsatax, meta l-ewwel emigranti minn Malta waslu l-Awstralja bħala avventurieri żgħażagħ li saħħrithom l-idea li jiskopru dinja ġdida. Fl-1883, jiġifieri mija u ħamsa u għoxrin sena ilu, waslu l-Awstralja l-ewwel gruppi Maltin biex jaħdmu fl-industrija tal-kannamieli fi Queensland. Id-dħul ta’ immigranti Maltin kompla għal ħafna snin. Kif għadda ż-żmien, it-tfittxija tagħhom għax-xogħol żviluppat f’impjiegi fil-kostruzzjoni tal-linji tal-ferrovija u fil-portijiet tal-Awstralja. |
| L-Awstralja għoġbot | b’mod partikolari lill-Maltin u l-Għawdxin wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta madwar 50,000 emigrant ħallew xtutna biex jibnu ħajja ġdida u aktar prospera. |
| Il-ġenerazzjonijiet | li ġew wara żviluppaw saħansitra aktar u rnexxielhom isiru professjonisti proattivi ħafna fin-negozju, fil-politika u trade unions. Dan żgur huwa rikonoxximent tal-ħiliet tal-Maltin li jadattaw għal ċirkustanzi differenti u jenfasizza l-fatt li l-Maltin li emigraw lejn l-Awstralja integraw ruħhom tajjeb ħafna. |
Eċċellenza,
| L-istrutturi | ekonomiċi ta’ Malta bbażati fuq manifattura, turiżmu u provvediment ta’ servizzi, imorru lura għall-bidu tas-snin sittin. Kif il-livell tal-għejxien għola u l-valur tax-xogħol żdied, Malta għaddiet minn proċess ta’ aġġustament ekonomiku fi sforz biex iżżomm il-vantaġġ kompetittiv tagħha f’kompetizzjoni ħarxa għall-investiment barrani. Bħala riżultat ta’ dan l-istrutturar u l-isħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea, Malta qed tikseb riżultati aħjar billi toffri servizzi speċifiċi partikolarment fis-settur bankarju u dak finanzjarju. |
| L-iżvilupp ta’ | alleanzi strateġiċi ma’ kumpaniji barranin għall-esportazzjoni qed iħalli r-riżultati mixtieqa. Il-produzzjoni konġunta jew subcontracting ta’ prodotti u komponenti, il-manifattura taħt liċenzja ta’ prodotti barranin, il-provvediment ta’ servizzi bi franchise, u l-bejgħ ta’ prodotti importati fl-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani, huma biss ftit eżempji. Dawn is-swieq jistgħu jkunu ta’ interess partikolari għall-Awstralja. |
| Malta wkoll | irnexxielha tibni matul dawn l-aħħar għaxar snin settur ta’ importanza konsiderevoli ta’ servizzi finanzjarji, li kabbar bi tliet darbiet l-impjiegi għan-numru preżenti ta’ 6,000 impjegat. B’hekk ġew attirati organizzazzjonijiet finanzjarji blue chip mir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Ġermanja u pajjiżi oħra. |
| Il-prospett għal | aktar kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi, fl-opinjoni tiegħi, hu pożittiv. Diversi intrapriżi kummerċjali Awstraljani fl-oqsma tal-bijoteknoloġija, computer software, farmaċewtiċi u prodotti ta’ inġinerija ġew stabbiliti lokalment. Ta’ min isemmi t-twaqqif ukoll tal-CommonwealthBank f’Malta biex jiffaċilita s-self u l-iżvilupp kummerċjali fl-Ewropa u entità oħra konġunta fit-turiżmu, li t-tnejn qegħdin jiksbu suċċess. |
| Malta kisbet | is-servizzi ta’ kumpanija ewlenija għall-esplorazzjoni taż-żejt b’interess Awstraljan biex tfittex għall-idrokarburi fl-ibħra territorjali tagħna. F’Lulju ta’ din is-sena ffirmajna ftehim dwar sehem indaqs mill-produzzjoni. |
Eċċellenza,
| Inti | ġejja minn pajjiż imbierek b’riżorsi naturali. Huwa pajjiż vast u sa ċertu punt jiddependi fuq immigrazzjoni kontrollata biex jikseb aktar prosperità. L-influss fl-Awstralja ta’ sitt miljun ruħ wara t-Tieni Gwerra Dinjija minn ħafna pajjiżi, inkluż tagħna, għen mhux bi ftit biex tmexxi ’l quddiem il-progress ekonomiku f’pajjiżek. |
| Bil-kontra, Malta hija pajjiż żgħir fejn | l-immigrazzjoni irregolari qed tkun ta’ piż enormi fuq ir-riżorsi limitati tagħna. Pajjiżi akbar minna jinħtieġu jsiru aktar konxji tar-riperkussjonijiet kbar li din l-immigrazzjoni irregolari qed tħalli fuq pajjiżi żgħar bħal Malta. Nawguraw li l-Awstralja u Malta jistgħu jaħdmu flimkien sabiex jaqsmu l-isfidi tal-immigrazzjoni irregolari, u nisperaw li niżviluppaw u nsaħħu dejjem aktar ir-rabtiet mill-qrib ta’ bejnietna. |
Eċċellenza,
Waqt li jien fiduċjuż li ż-żjara tiegħek illum se tkompli tikkonsolida r-relazzjonijiet reċiproċi ta’ bejnietna, nerfa’ t-tazza tiegħi biex nixrob bis-saħħa tiegħek, għall-kuntentizza u prosperità tal-Poplu Awstraljan u biex inkabbru l-ħbiberija u l-koperazzjoni bejn l-Awstralja u Malta
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984