L-EX-KANĊILLIER AWSTRIJAK WOLFGANG SCHUSSEL JISĦAQ DWAR IL-BŻONN LI MALTA TKUN MGĦEJUNA FUQ IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI
F'diskors li sar il-Ħamis mill-ex-Kanċillier Awstrijak Wolfgang Schussel, f'lukanda lussuza f'Ateni quddiem udjenza distinta, li kienet tinkludi lill-Prim Ministru Grieg Costas Karamanlis u ghadd ta' politiċi u ambaxxaturi, il-kelliem, f'parti mid-diskors tiegħu, għamel referenza għal pajjiżna. Schussel ġie mistieden biex jagħmel dan id-diskors mill-Istitut tad-Demokrazija Costantinu Karamanlis. L-introduzzjoni għal dan id-diskors ta' Schussel sar mill-istess Prim Ministru Grieg Costas Karamanlis.
Schussel elenka l-isfidi li għandha l-Ewropa. Emfasizza l-bżonn li l-Unjoni Ewropea tkun forza internazzjonali ta' rilevanza. Parti mid-diskors tiegħu kien jittratta l-kriżi finanzjarja li qed tolqot lid-dinja. Fost il-problemi li qed jolqtu l-Ewropa l-kelliem semma l-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari u l-bżonn li l-pajjiżi Ewropej jikkollaboraw flimkien dwar dan il-fenomenu. Kien f'dan il-kuntest li Schussel semma lil Malta numru ta' drabi bħala pajjiż li ma jistax jitħalla jerfa' l-piżijiet waħdu bl-inżul fuq ix-xtajtiet Maltin ta' immigranti irregolari. Il-kelliem saħaq fuq il-bżonn li membri ohra fl-Unjoni juru solidarjeta' ma' Malta.
| Referenza bħal din f'diskors minn ex-mexxej ta' | pajjiż Ewropew quddiem udjenza kbira ta' Ambaxxaturi u Parlamentari Griegi turi li l-isforzi ta' pajjiżna biex idaħħal il-kunċett ta' burdensharing fost il-pajjiżi Ewropej dwar il-problema ta' l-immigrazzjoni irregolari qed iħallu l-frott tagħhom. |
| Id-diskors li dam sejjer madwar tliet kwarti | ntlaqa' tajjeb ħafna mill-udjenza preżenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984