Left arrow Go Back

L-EX-KANĊILLIER AWSTRIJAK WOLFGANG SCHUSSEL JISĦAQ DWAR IL-BŻONN LI MALTA TKUN MGĦEJUNA FUQ IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI

PR1745
Date Icon 14/11/2008

F'diskors li sar il-Ħamis mill-ex-Kanċillier Awstrijak Wolfgang Schussel, f'lukanda lussuza f'Ateni quddiem udjenza distinta, li kienet tinkludi lill-Prim Ministru Grieg Costas Karamanlis u ghadd ta' politiċi u ambaxxaturi, il-kelliem, f'parti mid-diskors tiegħu, għamel referenza għal pajjiżna. Schussel ġie mistieden biex jagħmel dan id-diskors mill-Istitut tad-Demokrazija Costantinu Karamanlis. L-introduzzjoni għal dan id-diskors ta' Schussel sar mill-istess Prim Ministru Grieg Costas Karamanlis.

Schussel elenka l-isfidi li għandha l-Ewropa. Emfasizza l-bżonn li l-Unjoni Ewropea tkun forza internazzjonali ta' rilevanza. Parti mid-diskors tiegħu kien jittratta l-kriżi finanzjarja li qed tolqot lid-dinja. Fost il-problemi li qed jolqtu l-Ewropa l-kelliem semma l-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari u l-bżonn li l-pajjiżi Ewropej jikkollaboraw flimkien dwar dan il-fenomenu. Kien f'dan il-kuntest li Schussel semma lil Malta numru ta' drabi bħala pajjiż li ma jistax jitħalla jerfa' l-piżijiet waħdu bl-inżul fuq ix-xtajtiet Maltin ta' immigranti irregolari. Il-kelliem saħaq fuq il-bżonn li membri ohra fl-Unjoni juru solidarjeta' ma' Malta.

Referenza bħal din f'diskors minn ex-mexxej ta'pajjiż Ewropew quddiem udjenza kbira ta' Ambaxxaturi u Parlamentari Griegi turi li l-isforzi ta' pajjiżna biex idaħħal il-kunċett ta' burdensharing fost il-pajjiżi Ewropej dwar il-problema ta' l-immigrazzjoni irregolari qed iħallu l-frott tagħhom.
Id-diskors li dam sejjer madwar tliet kwartintlaqa' tajjeb ħafna mill-udjenza preżenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow