Left arrow Go Back

eRESOURCE CENTRE FUQ IL-FAMILJA

PR1740
Date Icon 14/11/2008
Il-Kumitat Parlamentari dwar l-AffarijietSoċjali għadu kemm nieda ċentru ta’ informazzjoni u riċerka elettronika fuq il-familja u l-oqsma relatati.
Danil-proġett huwa parti ntegrali mid-diskussjonijiet li l-Kumitat Parlamentari qed ikollu sabiex jikseb aktar għarfien fuq il-familja u t-tisħiħ tagħha.  Ħafna minn din ir-riċerka ġiet mgħoddija lil dan il-Kumitat Parlamentari mingħand professjonisti fis-suġġett tal-familja.
F’dan iċ-ċentru ta’ riċerka elettronika wieħedgħandu jsib 130 artiklu u pubblikazzjoni minn pajjiżi u universitajiet differenti. F’dawn il-pubblikazzjonijiet jidher ċar l-importanza tal-familja bħala kapital soċjali li ssaħħaħ is-soċjetà.

Dan iċ-ċentru ta’ informazzjoni u riċerka elettronika huwa aċċessibbli minn fuq il-webpage tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali li tinsab fuq il-website tal-Parlament ta’ Malta www.parliament.gov.mt.  

Kull min jixtieq jagħmel kuntatt mal-Kumitat jista’ jagħmel użu mill-email ġeneriku socialaffairs.parliament@gov.mt u jindirizza l-ittra liċ-Chairperson tal-Kumitat, l-Onor Edwin Vassallo MP.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow