DISKORS MILL-ONOR. JOHN DALLI, MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI, WAQT IL-KONFERENZA ‘PALLIATIVE CARE IN THE HOSPITAL’ – SPTAR MATER DEI – IL-ĦAMIS 13 TA’ NOVEMBRU 2008
PR1739
14/11/2008
Sinjuri,
| Apprezzajt ferm l-istedina li saritli biex | ninawgura din il-konferenza annwali tal-Hospice Movement. |
| Din il-konferenza hi organizzata mill-Hospice | Movement, l-Assoċjazzjoni Medika u l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina. Dan fih innifsu, li tliet organizazzjonijiet jiġu flimkien biex jorganizzaw konferenza bħal din, diġà hi inizjattiva ta’ min jinkoraġġiha. |
| Il-Gvern, u jien personalment, dejjem | apprezzajna x-xogħol imprezzabbli li l-Moviment tal-Hospice għamel f’pajjiżna tul dawn l-aħħar 20 sena li ilu mwaqqaf, minkejja l-ħafna limitazzjonijiet li għandu. Fil-fatt, il-Gvern, għal dawn l-aħħar tmien snin ilu jgħin finanzjarjament lill-Hospice, b’rikonoxximent għal din il-ħidma siewja. Naf li l-ftit li nagħtu mhux biżżejjed għall-ħidma kbira li l-moviment jagħmel, iżda qed nuru li napprezzaw din il-ħidma. |
| Fl-aħħar għaxar snin f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, | l-Istati Uniti, il-Kanada u anke l-Awstralja, il-movimenti tal-Hospice firxu l-ħidma tagħhom minn dik iffukata biss fuq dawk morda bil-kanċer, għal ħidma mmirata għall-kura ma’ dawk li għandhom mard kroniku terminali progressiv. Servizz magħruf bħala End-of-Life-Care. |
| Bħala Ministeru għall-Politika Soċjali, għandna | ferm għal qalbna s-saħħa pubblika kif jixhed dan l-isptar li qed niltaqgħu fih u l-pjani li għandna biex inkomplu ntejbu s-servizzi mediċi li noffru. |
| Nemmen li hekk kif għandna biex niftaħru | bis-servizz li nagħtu fil-qasam tas-saħħa sa mit-twelid tat-tfal tagħna ‘l quddiem, nixtiequ li dan is-servizz tajjeb nibqgħu nagħtuh sa l-aħħar nifs, anke meta persuna tkun fuq is-sodda tal-mewt. |
| Kif tafu, bil-Budget imħabbar ftit jiem ilu, | ivvutajna somma flus biex ngħinu lill-persuni morda bil-kanċer, billi issa se nibdew nipprovdulhom b’xejn – naturalment lil dawk li t-tobba jiċċertifikaw li għandhom bżonnha – il-mediċina magħrufa bħala Herceptin li l-prezz tagħha hu projbittiv għall-ħafna mill-persuna li jkollhom bżonnha. |
| Wieħed jittama li permezz ta’ din l-għajnuna se | ntaffu ħafna mill-piż finanzjarju u mit-tbagħtija fiżika li jsofru n-nies li jiġu bżonnha. Din il-miżura għandha titqies bħala servizz ieħor li qed nagħtu fil-kura tal-kanċer. F’dan il-qasam diġà sar investiment qawwi biex il-kura għal ħafna minn dan il-mard tista’ tingħata f’pajjiżna filwaqt li għal kura oħra li għad ma aħniex attrezzati għaliha, il-Gvern jagħti l-għajnuna tiegħu biex il-pazjenti jkunu jistgħu jmorru għall-kura barra l-pajjiż. |
| Qegħdin nippjanaw li nippublikaw strategija | fil-futur qarib biex ikollna pjan li jiggwida l-izvilupp tas-servizzi u strateġija għall-prevenzjoni tal-kanċer fis-snin li ġejjin. Jiena żgur li l-Hospice tkompli taqsam magħna l-veduti tagħha dwar kif għandna intejbu u nespandu s-servizzi fis-snin li gejjin. |
| Il-Gvern ser jinvesti b’binja ġdida | għas-servizzi tal-mard tal-kanċer. Dan iċ-ċentru kun attrezzat bl-aqwa teknoloġija moderna. Ser ninvestu wkoll fl-iżvilupp tal-Pet Scanning Service. |
| L-esperjenza u l-istatistika juru | li l-morda, kieku jippreferu li jagħmlu l-aħħar jiem ta’ ħajjithom fi djarhom imdawwra bil-qraba u l-għeżież tagħhom. Iżda sfortunatament, fiċ-ċirkostanzi tal-lum qed naraw li l-maġġoranza tan-nies qed imutu fl-isptarijiet u mhux fid-dar tagħhom. Fil-fatt l-aħħar statistika li rajt uriet li madwar 55% imutu fl-Isptar Mater Dei waqt li 11% jmutu d-dar. |
| Għalhekk irridu naraw kif ser naħdmu biex | bil-għaqal niżviluppaw aktar il-palliative care fil-komunità biex il-pazjenti jkunu jistgħu jirċievu kura fl-aħjar ambjent possibbli fejn isibu l-kumdità mistħoqqa, il-kwiet u l-kura minn ħaddiema dedikati u mħarrġa fil-kura paljattiva u biċ-ċans li jkunu mdawwra bl-għeżiez tagħhom. Dan hu konformi mal-enfasi li qegħdin naqgħmlu fuq servizz fil-komunità. Inħoss li l-moviment tal-Hospice wera kif jista’ jaqdi din il-funzjoni b’mod ammirabbli. |
| Id-dedikazzjoni tal-ħaddiema u l-voluntiera tal-Hospice | Movement hi xi ħaġa li jitkellem dwarha kulmin sfortunatament kellu xi qarib jew ħabib li għadda mill-kalvarju tal-mard tal-kanċer. Dawn kollha jgħidulek kemm kienu fortunati qrabathom li fl-aħħar jiem ta’ ħajjithom u wħud minnhom għal ħafna xhur qabel mietu, kellhom il-konfort u l-appoġġ tan-nies dedikati ta’ dan il-Moviment. Moviment li jgħin mhux biss lill-morda, iżda wkoll lil qrabathom biex jagħrfu jagħdru u jgħinu lil għeżiez tagħhom moribondi u wara jikkunslawhom u jgħinuhom iġarrbu t-telfa ta’ dawn l-għeżież. |
| Pajjiżna hu fortunat li għandu dan il-Moviment | li qed jagħmel xogħol imprezzabbli. |
| Ma għandix dubju li minn din il-konferenza ser | joħroġ ħafna ġid. Is-sessjoni tal-lejla hi ddedikata lit-tobba kollha Maltin, inklużi t-tobba tal-familji li jaħdmu fil-kura primarja u li għandhom ukoll sehem ferm importanti fil-qasam tal-kura sekondarja u terzjarja bħala “ gate keepers”. |
| Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex f’ismi, | f’isem il-Gvern u l-poplu Malti u Għawdxi kollu, nirringrazzja lit-tobba kollha, lill-infermiera u l-ħaddiema paramediċi tagħna għad-dedikazzjoni tagħhom f’ħidma li hi ferm diffiċli iżda essenzjali għalina lkoll kemm aħna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984