Left arrow Go Back

MEMBRI PARLAMENTARI JŻURU L-FIERA TAL-KTIEB F’DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI

PR1735
Date Icon 13/11/2008
Fuq inizjattiva tal-Ispeakertal-Kamra tad-Deputati Dr. Louis Galea, Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra dalgħodu ssieħbu ma’ mijiet ta’ tfal u adulti fi żjara lill-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb li qed tittella` mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartiment tal-Libreriji f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Id-delegazzjoni ġiet milqugħa u mdawra mal-Fieramiċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Dr Ġorġ Mallia, u mis-Sur Philip Borg, Direttur tal-Libreriji. Dr Ġorġ Mallia qal li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb apprezza ħafna ż-żjara li saret fil-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati u għadd sabiħ ta' Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra. “Din iż-żjara turi r-rikonoxximent tal-Parlament Malti għall-isforzi kbar li jsiru mill-industrija tal-Kotba f'Malta, biex f'suq żgħir ħafna tħeġġeġ l-imħabba għall-qari u l-ktieb f'pajjiżna."
Louis Galea rringrazzjalill-Membri Parlamentari li akkumpanjawh fuq din iż-żjara u f’isimhom fisser l-apprezzament u l-ammirazzjoni tal-Parlament għall-ħidma fejjieda tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u tad-Dipartiment tal-Libreriji.
L-Speaker Louis Galea qal lil-Parlament kollu jappella lill-familji Maltin u Għawdxin biex iħeġġu l-qari fost uliedhom u l-membri tagħhom. Huwa qal li jaqbel ma’ Dr Ġorġ Mallia li ssir riċerka biex isir magħruf b’mod aħjar ir-raġunijiet li  minħabba fihom il-poplu in ġenerali għadu joqgħod lura mill-qari. “Jiena fiduċjuż li l-Parlamentari kollha jappoġġjaw kull inizjattiva li twassal biex it-tfal kollha jkunu jafu jaqraw sew, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, u biex il-poplu in ġenerali jiskopri s-seħer u l-gost tal-qari ta’ kotba li jeħduna f’dinjiet differenti mill-isbaħ,” qal Louis Galea.
Id-delegazzjoni Parlamentarifissret l-apprezzament tagħha għall-kontribut kbir li awturi, pubblikaturi, edituri u distributuri qed jagħtu lis-socjetà Maltija fil-qasam tal-ktieb Malti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow