Left arrow Mur Lura

Aktar infurzar MID-DIVIŻJONI TAL-PROPRJETà TAL-GVERN  f’Tas-Sliema

PR1732
Date Icon 13/11/2008
Uffiċjali mid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern(GPD), komplew bl-azzjonijiet ta’ infurzar fil-jiem li għaddew f’Tas-Sliema fejn ittieħdu għadd ta’ mwejjed u siġġijiet għax dawn kienu qed jiksru l-permessi ta’ encroachment maħruga lill-istabbilimenti konċernati.
Bl-istess mod, l-uffiċjali għamlu spezzjonital-istabbilimenti kollha f’dan il-lokal, u ħadu passi fejn kien hemm irregolaritajiet.
Dan l-infurzar huwa parti mill-kampanja ta’infurzar li qed tagħmel il-GPD kontra l-abbuż ta’ proprjetà pubblika.  Apparti f’Tas-Sliema, fl-aħħar xhur intbagħtu ittri ta’ twissija, kif ukoll sar infurzar f’Wied il-Għajn, Birżebbuġia, Marsaxlokk, Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, Paceville, ix-Xlendi u Marsalforn f’Għawdex.
B’sodisfazzjon il-GPD tinnota li f’ċerti każi,l-ittra ta’ twissija kienet biżżejjed biex is-sidien tal-istabbilimenti ġew konformi mal-liġi mingħajr il-bżonn ta’ azzjonijiet ta’ infurzar.  Dan huwa l-istat li trid tasal għalih il-GPD, illi l-liġi tiġi rispettata mingħajr bżonn ta’ infurzar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow