Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU DOTT. EDWARD FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA, WAQT PRANZU UFFIĊJALI MOGĦTI MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU L-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-PORTUGALL U D-DOTTORESA MARIA CAVACO SILVA – LIŻBONA PORTUGALL - L-ERBGĦA, 12 TA’ NOV, 08

PR1731
Date Icon 12/11/2008

Sur President,

Eċċellenzi,

Mistednin distinti,

Huwa ta’ unur upjaċir għalija li qiegħed inżur il-Portugall fuq Żjara Uffiċjali.  Nixtieq qabel kollox, nirringrazzjakom għall-merħba u ospitalità mill-qalb li tajtu lil marti, lili u lid-delegazzjoni tiegħi.
Jien għamilt żjaratfil-Portugall bħala President tar-Repubblika f’żewġ okkażjonijiet oħra.  Fl-2006, kont attendejt għall-inawgurazzjoni tal-Eċċellenza Tiegħek bħala Kap ta’ Stat.  L-okkażjoni l-oħra kienet sentejn qabel meta inawgurajt il-Corinthia Alfa Hotel Lisbon.  Qabel dawn iż-żjajjar relattivament riċenti jien kont ġejt hawn bħala Prim Ministru fl-1993 għal laqgħat bilaterali.
Ninsab kuntent liqiegħed hawn magħkom illejla biex naqsam magħkom fehmietna dwar il-pajjiżi tagħna, ir-relazzjonijiet bilaterali tagħna, il-post tagħna fl-Ewropa u fid-dinja, u t-tamiet u l-aspirazzjonijiet tagħna għall-futur.

Sur President,

Il-pajjiżi tagħnahuma msieħba fl-Unjoni Ewropea u, f’dak li jirrigwarda l-Mediterran, għandna diversi interessi konverġenti li jistgħu joffru ħafna opportunitajiet ta’ koperazzjoni fuq livell bilaterali u fi ħdan istituzzjonijiet internazzjonali.
Hemm numru ta’similaritajiet bejn iż-żewġ ekonomiji tagħna.  It-tnejn huma orjentati lejn is-settur tas-servizzi u t-tnejn kellhom jirristrutturaw quddiem il-bidliet fil-vantaġġi ta’ kompetittività storiċi tagħna.  Il-Gvernijiet tagħna qed jistinkaw biex jirristrutturaw l-iżvilupp ekonomiku tagħna għal wieħed ibbażat fuq l-esportazzjoni, l-investiment privat u l-iżvilupp tas-settur tat-teknoloġija avvanzata.
In-negozju ul-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna għadhom fil-bidu għalkemm il-prospetti huma promettenti. Delegazzjoni ta’ negozjanti Maltin qiegħda takkumpanjani biex nesploraw opportunitajiet ta’ negozju fil-Portugall, partikolarment fil-qasam tal-ICT, ikel u prodotti farmaċewtiċi.
Il-prospetti humapromettenti fis-settur turistiku.  Skambji turistiċi bejn Malta u l-Portugall jistgħu javvanzaw kieku kellhom jibdew joperaw titjiriet diretti jew tal-anqas bis-sistema ta’ code-sharing.
Bi pjaċir ninnota liBANIF, wieħed mill-akbar Banek  fil-Portugall, issa qiegħed jopera f’Malta, u sejjer tajjeb ħafna minkejja kompetizzjoni domestika ħarxa.  Min-naħa tagħna, għarrfuni li l-Lukanda Corinthia qed jirnexxiela tagħmel isem għaliha fil-kapitali ferm sabiħa tagħkom.
Iż-Żjara Uffiċjalitiegħi f’Liżbona hija opportunità biex aħna nkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali tagħna u biex nippromwovu r-rieda tajba tal-pajjiżi tagħna għall-ġid tal-Popli tagħna.
SurPresident,

Ma nistax ma niħux din l-opportunità li nagħmel riferenza għall-appoġġ tal-Portugall lil Malta.  Il-Gvern Malti japprezza ħafna l-għajnuna li pajjiżi ngħata matul il-Presidenza Ewropea tal-Portugall rigward l-applikazzjoni tagħna biex nissieħbu fiż-żona Schengen.

Kien matulil-Presidenza Ewropea tal-Portugall li ġiet ikkonfermata l-proposta ta’ Malta biex issir Laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija.  Dan il-proċess ta’ djalogu tnieda f’Malta b’suċċess fi Frar 2008 u issa se jkompli f’konferenza internazzjonali fi Vjenna x-xahar id-dieħel.
Malta tapprezzar-reazzjoni pożittiva tal-Portugall biex jilqa’ għandu numru ta’ rifuġjati.  Id-dħul ta’ immigranti irregolari fi gżiritna dawn l-aħħar snin qed joħloq ħafna pressjoni u qed ikun ta’ piż kbir fuq ir-riżorsi tagħna.
Il-Portugall appoġġawkoll l-emenda li Malta ressqet rigward il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil.  Aħna kuntenti li l-Patt ġie adottat mill-Kunsill Ewropew.  Il-Patt jesprimi l-impenn tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija ta’ politika ġusta, effettiva u konsistenti rigward l-isfida tal-migrazzjoni.

Sur President,

Skambju ta’attivitajiet kulturali bejn il-pajjiżi tagħna qegħdin jiżdiedu.  F’Settembru li għadda ġie organizzat f’Malta kunċert fado bil-parteċipazzjoni tal-fadista ta’ fama internazzjonali Cristina Branco.  Fil-bidu tas-sena 2007 ittellgħet wirja ta’ mapep u testi Portugiżi tas-16-il seklu dwar ir-relazzjonijiet li kienu jeżistu bejn Malta u l-Portugall.
Malta ħadet sehemf’esibizzjoni ta’ Liżbona li turi strumenti mużikali tradizzjonali minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u f’wirja oħra f’Coimbra biex tfakkar il-Ġurnata Ewropea għad-Djalogu Interkulturali.
Nesprimil-apprezzament tiegħi għal dawk kollha li kienu involuti f’dawn l-attivitajiet kulturali.

Sur President,

Għandi fiduċja li l-ħbiberijali teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna jkomplu jissaħħu maż-żmien.
B’dawn il-ħsibijietnistedinkom Eċċellenzi, Sinjuri, biex terfgħu t-tazza tagħkom u tixorbu bis-saħħa tal-President u d-Dottoressa Cavaco Silva, għas-saħħa tal-ħbiberija u sħubija dejjem akbar bejn Malta u l-Portugall, bis-saħħa tal-ġid u l-prosperità tal-pajjiżi tagħna u għas-saħħa u kuntentizza tal-Popli tagħna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow