Left arrow Mur Lura

Iffirmat ftehim li ser iwassal għal aktar kordinazzjoni f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

PR1721
Date Icon 12/11/2008

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u kumpanija ewlenija tat-telekomunikazzjoni f’Malta dal-għodu iffirmaw ftehim li bih dan id-Dipartiment ser ikun mgħammar biex ikun jista’ jikkordina l-operazzjonijiet tiegħu b’mod aktar effettiv.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici f’diskors qasir qabel l-iffirmar tal-ftehim esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal darb’oħra, s-settur privat qed ikun parteċipi u juri responsabilità f’qasam importanti għas-soċjetà tagħna bħal ma huwa l-protezzjoni ċivili.  

Hu stqarr li bħala l-entità responsabblimill-kordinazzjoni ta’ salvataġġ f’każijiet ta’ emerġenza, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (DPĊ) huwa dipendenti fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni effettivi. “Dan il-ftehim ta’ sponsorizzazzjoni minn GO plc għalhekk ser ikompli jsaħħaħ l-effettività tad-DPĊ f’dan il-qasam importanti għas-soċjetà tagħna,” qal il-Ministru.
“Tajjeb ngħid li sa’ tmiem Settembru ta’ dinis-sena, dan id-Dipartiment kien irrisponda għal 3,931 rapport ta’ nirien, 104 inċident tat-traffiku u 31 talba għal salvataġġ ta’ annimali.”
“Għalkemm f’Malta ftit ikollna diżastri utraġedji kbar, il-kordinazzjoni tal-operazzjoni tas-salvataġġ taf tfisser id-differenza bejn il-ħajja u l-mewt minbarra li tnaqqas il-ħsara fil-propjetà. Il-ftehim li qed jiġi ffirmat illum ser iservi proprju f’każijiet bħal dawn, speċjalment fejn ikun hemm bżonn il-mobilizzazzjoni ta’ aktar riżorsi, kif ukoll aktar interazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u qawwiet taż-żamma tal-ordni bħal Pulizija u l-Armata, organizzazzjoniet non-governattivi, u l-awtoritajiet tas-saħħa.”
“Nirringrazzja għalhekk lis-Sur David Kay f’isemGO plc, għas-sens ċiviku li qed turi l-kumpanija tiegħu bl-iffirmar ta’ dan il-ftehim,” temm jgħid il-Ministru.
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-ProtezzjoniĊivili, is-Sur Peter Cordina, qal li ċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni Mobbli li qed jiġi mgħammar minn GO plc mhux ser ikun qed jintuża biss f’każijiet ta’ inċidenti gravi, iżda anke f’attivitajiet tal-massa bħal kunċerti mużikali.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ GO David Kay qal: “Permezzta’ dan il-ftehim ta’ sponsorizzazjoni, GO qed tipprovdi t-teknoloġija u s-servizzi kollha tagħha lill-Protezzjoni Ċivili sabiex tkun tista’ taqdi dmirha aħjar u b’aktar effiċjenza – inklużi sistemi ta’ wireless data. Is-support ta’ GO f’dan ir-rigward ser ikun ta’ 24 siegħa kuljum. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-programm ta’ Corporate Social Responsibility ta’ GO.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow