Fiera Nazzjonali tal-Ktieb
PR1719
12/11/2008
| Il-Fiera tal-Ktieb hija | opportunita’ unika biex niċċelebraw il-ktieb. Il-fiera qed tibgħat messaġġ importanti ħafna: il-ktieb mhux frugħa jew ħela ta’ ħin imma hu importanti daqs kemm hi importanti l-ekonomija u l-iżvilupp. Poplu li ma jaqrax jinqata’ lura u qed jitlef. Il-qari jsaħħaħna u jagħmilna bnedmin sħaħ. Jiftaħ il-menti tagħna u jagħmilna aktar bnedmin. Dan qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, meta inawgurat l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb. |
| Il-Ministru Cristina sostniet li l-Fiera hija | importanti għax tiċċelebra l-ktieb Malti. Il-prodott Malti llum mexa ’l quddiem u hu simbolu importanti tal-kreattivita’ li jħaddan il-poplu Malti. Il-Gvern ma jistax ma japprezzax l-impenn tal-kittieb u l-pubblikatur Malti. |
| Din l-importanza tal-Fiera tkompli tiżdied | speċjalment meta niftakru kemm is-suq tagħna hu żgħir u fraġli. Malta f’dan il-qasam qed tagħmel il-mirakli u l-gvern hu rikonoxxenti għal dan kollu. Fil-fatt f’Malta jkunu pubblikati medja ta’ 400 ktieb fis-sena. |
| Il-Ministru Cristina appellat lill-kittieba biex | ikunu ‘leħen’ importanti fil-pajjiż tagħna li kuljum qed jagħmel kilometri kbar ‘il quddiem. Tkun ħsara jekk il-kittieb iċedi u jaqa’ lura u jabdika mir-rwol importanti li għandu. Il-kittieba għandhom jiggwidaw nazzjon. Għandhom jiġbdulu l-attenzjoni meta l-poplu jintilef u jitlef il-linja dritta. |
| Hi ferħet lill-pubblikaturi li tant irsistew u | qed jirsistu biex b’sagriffiċċji jmexxu ’l quddiem din l-industrija għażiża tal-kotba. Bis-saħħa tagħħom, illum jista’ jkollna fiera ta’ dan il-livell. Il-pajjiż hu obbligat lejhom u permezz tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li jorganizza l-Kunsill, tingħaraf il-kapaċita’ tagħħom. |
| Il-Ministru appellat biex kittieba u | pubblikaturi jkomplu jinvestu f’dan il-poplu għax dan mhux biss hu investiment li jagħti l-flus imma qed jgħin biex il-poplu jikber u jistagħna. |
| Hi uriet ukoll l-apprezzament għall-ħidma | tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li qed jagħmel ħiltu biex iwassal il-messaġġ favur il-qari, f’dinja fejn ħafna ħwejjeġ oħra jidhru jllellxu aktar. Din hi sfida li lkoll għandna nagħtu sehemna fiha. |
| Il-Fiera | tal-Ktieb hija waħda mill-iktar attivitajiet importanti li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-mandat biex iwettaq. Il-Fiera tal-Ktieb f’pajjiżna tmur lura għas-snin 70. Ministru wara l-ieħor kompla t-tradizzjoni li ta’ kull sena l-pajjiż jorganizza fiera differenti mill-oħrajn. |
| Dan | il-Kunsill wettaq riforma kbira. Fl-2006, il-KNK qatagħha li l-Fiera ma tibqax issir aktar in-Naxxar, fil-Kumpless tal-Fieri, imma terġa’ lura għal Dar il-Mediterran, il-belt Valletta. Il-ħsieb wara din iċ-ċaqlieqa kien biex tinqata’ l-idea li l-fiera hi bazaar. Il-pass kien suċċess tant li hu stmat li mas-16,000 ruħ żaru l-Fiera fl-2006. Il-pubblikaturi u l-esebituri apprezzaw dan il-pass. Tajjeb ngħidu li kull deċiżjoni fejn tidħol il-Fiera tittieħed flimkien mal-esebituri. |
| Matul | il-Fiera, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza wkoll numru ta’ attivitajiet li jkomplu jpoġġu l-ktieb fiċ-ċentru tal-attivita`. Ta’ kull sena qed jiżdiedu wkoll l-ammont ta’ studenti li jżuru l-fiera. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984