Left arrow Go Back

STUDENTI FL-ICT GĦADHOM MA BDEWX IL-KORS MINĦABBA INVESTIGAZZJONI MITLUBA MID-DEPUTAT LABURISTA EVARIST BARTOLO

PR1718
Date Icon 11/11/2008
600 student li applikaw biexisegwu korsijiet fl-ICT fl-MCAST għadhom ma daħlux minħabba l-investigazzjoni mitluba mid-deputat laburista Evarist Bartolo.  Il-proċess tad-dħul tal-istudenti twaqqaf wara li d-deputat laburista talab lill-Pulizija tinvestiga.
Issa li d-deputat laburistaqiegħed jiġi kritikat, qiegħed jipprova jwarrab il-ħtija minn fuqu.
Il-Ministeru tal-Finanzi,l-Ekonomija u l-Investiment jinnota li d-deputat laburista qiegħed jipprova jfarfar u jitfa’ t-tort fuq ħaddieħor.  Il-Ministeru jistenna li Evarist Bartolo jkun konsistenti.
Filwaqt li kull persunagħandha dritt titlob li ssir investigazzjoni, min jagħmel it-talba għandu jiddefendi dak li jagħmel u mhux jipprova jfittex kull skuża possibbli biex ma jidhirx f’dawl ikrah mal-istudenti u mal-ġenituri tagħhom.
Il-Kumitat tal-Appelltal-Kuntratti se jkun jista’ jiltaqa’ wara li d-Dipartiment tal-Kuntratti għarraf lill-Kumitat li l-Korp tal-Pulizija kien qed jagħti l-permess tiegħu biex il-proċeduri quddiem il-Kumitat ta’ l-Appell ikunu jistgħu ikomplu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow