ĊELEBRAZZJONIJIET FL-OKKAŻJONI TAL-15–IL ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KUNSILLI LOKALI
PR1717
11/11/2008
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni Dr Chris Said nieda programm ta’ ċelebrazzjonijiet li ser isiru fl-okkażjoni tal-15–il anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta. |
| Chris Said qal li l-ewwel Kunsilli Lokali | f’Malta twaqqfu f’Novembru tal-1993. Ħmistax –il sena ilu l-Kunsilli Lokali bdew bħala esperiment iżda llum kulħadd jaqbel li dawn huma esperjenza pożittiva fil-lokalitajiet kollha. Huwa enfasizza l-fatt li r-residenti u l-familji fit-68 lokalità f’Malta u Għawdex qed igawdu minn diversi inizjattivi li jvarjaw minn proġetti infrastrutturali għal inizjattivi soċjali, kulturali u edukattivi. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li kien wasal | iż-żmien li filwaqt li nirrikonoxxu dan kollu, naraw kif nistgħu ntejbu l-operat tal-Kunsilli Lokali ħalli nassiguraw li dawn ikunu tassew għodda effettiva li taħdem biex tilħaq l-aspirazzjonijiet tar-residenti. Kien għalhekk li propju f’dawn iż-żminijiet wasalna biex ngħalqu proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni biex intejbu u nsaħħu l-Kunsilli Lokali, liema proċess issa ilu għaddej kważi 6 xhur. |
| L-Onor. Chris Said qal li l-impenn tal-Gvern | biex jissaħħu l-Kunsilli Lokali jidher mill-inizjattivi li ttieħdu fl-aħħar baġit fejn l-allokazzjoni għall-Kunsilli Lokali ssaħħet b’mod konsiderevoli. |
| Propju mal-għeluq ta’ din il-konsultazzjoni qed | niċċelebraw 15–il sena ta’ suċċess li għad irid ikompli jitkattar. Huwa qal li ċ-ċelebrazzjonijiet li qed jitnedew mhumiex il-kulminu tal-esperjenza tal-Kunsilli Lokali iżda għandhom jimmarkaw tisħiħ ta’ din l-esperjenza pożittiva. |
| Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli | Lokali qal li ċ-ċelebrazzjonijiet m’għandhomx ifakkru biss l-esperjenzi li għaddew iżda jservu ta’ impetu biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu aktar u aħjar, jilħqu l-aspettattivi tar-residenti u jkunu tassew Gvernijiet Lokali li kollha flimkien iwasslu għal qabża fil-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni għalaq billi rringrazzja lill-ex Ministri li kienu responsabbli għall-Kunsilli Lokali, lil dawk kollha li f’xi żmien jew ieħor servew bħala Sindki, Viċi-Sindki, Kunsilliera u Segretarji Eżekuttivi, lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u lil dawk kollha li qed iservu jew servew fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Huwa ħeġġeġ biex dawn kollha jkomplu jaħdmu flimkien u biex iħarsu lejn is-suċċess passat bħala l-ewwel pass għal suċċess akbar fil-futur. |
| Biex dan il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet kien | possibbli sar ħafna xogħol minn Kumitat Organizzattiv. Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil dan il-Kumitat għax-xogħol li għamel biex jara li l-programm imħejji jolqot lil dawk kollha li f’xi żmien jew ieħor taw is-servizz tagħhom lill-Kunsilli Lokali. |
| Il-programm ta’ attivitajiet se jibda l-Erbgħa 3 | ta’ Diċembru u jibqa’ sejjer sal-Ħadd 7 ta’ Diċembru. Dan il-programm jinkludi għoti ta’ demm mill-Kunsilliera u residenti, tħawwil ta’ siġar, attivitajiet fl-iskejjel primarji, wirja ta’ artisti lokali f’Għawdex, diskussjonijiet, mixja mill-Kunsilli Lokali bis-sehem tal-banda tal-Forzi Armati fil-Belt Valletta u quddiesa solenni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984