TASAL FI TMIEMHA L-OPERAZZJONI TA’ TINDIF F’BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ
PR1715
11/11/2008
| Fl-aħħar jiem ġiet fi tmiemha l-operazzjoni ta’ | tindif f’Baħar iċ-Ċagħaq wara l-iżgumbrament ta’ caravans u strutturi fissi oħra f’dan is-sit ix-xahar li għadda. |
| Dan it-tindif sar mit-Taqsima tax-Xogħolijiet fi | ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali bejn it-3 u l-31 ta’ Ottubru. Waqt din l-operazzjoni tneħħew minn fuq il-post 57 truck ta’ skart illi jammontaw għal 1093 tunellata. Il-ħaddiema ħadu ħsieb illi jisseparaw l-iskart fuq il-post biex b’hekk materjali differenti ġew mormija separatament, skont in-natura tagħhom. |
| Din l-operazzjoni seħħet wara li ġie żgumbrat | is-sit li kien okkupat illegalment minn caravans u strutturi oħra illegali. L-azzjonijiet ta’ infurzar seħħew fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, għar-raġuni li ebda mill-istrutturi fuq il-post ma kellhom il-permess tal-Kummissarju tal-Artijiet u għalhekk ma kellhom ebda jedd jew titolu fuq l-art. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984