Left arrow Mur Lura

Seminar ta’ EkoSkola u tqassim ta’ Ċertifikati

PR1714
Date Icon 11/11/2008
Waqt li kienu qed jindirizzawlil numru ta’ tfal u għalliema fl-iskola primarja tas-Siġġiewi li kienu qed jipparteċipaw f’seminar ta’ EkoSkola, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor.  George Pullicino flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina tkellmu dwar l-Ambjent u l-bżonn li nħarsuh u nibżgħu għalih.  Jekk ma naħdmux favur l-ambjent għad jasal żmien li jkollna niffaċċjaw problemi kbar għaliex mingħajr ambjent tajjeb ma jistax ikollna kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
Il-Ministri faħħru l-inizjattivata’ EkoSkola fejn għaqda volontarja li taħdem favur l-ambjent, Nature Trust, ingħaqdet mal-iskejjel tagħna biex tipprovdi programm interessanti għall-istudenti dwar il-ħarsien tal-ambjent. Permezz ta’ dan il-programm, l-istudenti tagħna, sa minn eta’ żgħira qed jitgħallmu kif għandhom ikunu ċittadini responsabbli.  L-Ekoskola qed tipprovdi għodda lill-istudenti biex jifhmu l-problemi ambjentali u jsibu soluzzjonijiet effettivi li jistgħu jaħdmu fuqhom huma stess.
Il-Ministru Cristina sostnietli l-attivitajiet ta’ Ekoskola jdaħħlu fl-istudenti sens li huma wkoll jistgħu jagħmlu xi ħaġa dwar l-ambjent u twassalhom biex isiru aktar responsabbli għall-futur ta’ pajjiżna u jaħdmu favur żvilupp sostenibbli. Dan il-programm jidħol tajjeb ħafna mal-kurrikulu nazzjonali u allura mhux impost u anqas qed ifixkel mill-attivitajiet tal-iskejjel li jipparteċipaw fil-programm.
Il-Ministru tal-Edukazzjonispjegat li EkoSkola hu programm internazzjonali li jiffoka dwar l-ambjent bl-iskop li jgħin l-iskejjel jiżviluppaw imġieba ambjentali responsabbli fl-istudenti tagħhom, permezz ta’ proċess ħieles li jassikura l-parteċipazzjoni tat-tfal kollha.
Il-Ministru Pullicino waqt lifaħħar u rringrazzja lil kull min huwa nvolut f’dan il-proġett ħabbar li f’Jannar li ġej, se jkun qed jiġi organizzat Climate Change Summit għat-tfal, fejn numru ta tfal se jkunu mistiedna sabiex jattendu għal din l-attivita’ mifruxa fuq weekend sabiex jiddiskutu il-bdil fil-klima.
Il-Ministru Pullicino ħeġġeġlil kulħadd sabiex fi tmiem il-ġimgħa jipparteċipa fit-tree planting weekend organizzata mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali f’Għajn Tuffieħa, sabiex inkomplu nżidu l-għadd ta’ siġar f’pajjizna.
Il-Ministru Pullicino temmbilli ħeġġeġ lill-iskejjel sabiex isiru huma wkoll Carbon Neutral, jiġifieri jroddu lill-ambjent siġar li jinnewtralizzaw il-volum ta’ diossidju tal-karbonju (CO2), li l-iskejjel ikunu kkontribwew permezz tal-konsum tad-dawl tagħhom. Huwa saħaq li l-Gvern huwa determinat li s-sena d-dieħla jitfassal Carbon Neutral Programme għal pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow