INVESTIMENT QAWWI FID-DISTRIBUZZJONI TAL-ENERĠIJA MILL-KORPORAZZJONI ENEMALTA
PR1713
11/11/2008
| F’dawn l-aħħar ħames snin, il-Korporazzjoni | Enemalta wettqet investiment qawwi fuq is-sistema tad-distribuzzjoni li tlaħħaq ‘il fuq minn €65 miljun. Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni Austin Gatt qal dan meta llum inawgura uffiċjalment iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni tal-Mosta b’investiment totali li jlaħħaq €15.4 miljun. |
| Iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni tal-Mosta | jissupplixxi elettriku lil-lokalitajiet fit-Tramuntana ta’ Malta fosthom il-Mosta, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mellieħa u Għawdex. L-ewwel fażi ta’ dan iċ-ċentru ġiet ikkummissjonata fl-2003 u kienet tikkonsisti f’link ta’ 90 MVA saċ-ċentru tad-distribuzzjoni tal-Marsa South li hi mqabbad direttament mal-power station ta’ Delimara. |
| Bit-tlestija tat-tieni fażi, iż-żewġ ċentri ta’ | distribuzzjoni msemmija huma issa mqabbdin b’żewġ ċirkwiti ta’ 132 KV bi provvista tal-elettriku ġejja direttament mill-power station ta’ Delimara. Dawn iż-żewġ ċirkwiti huma għaddejjin minn mina li tgħaddi mill-Mosta sa Ħal Qormi bir-riżultat li ħafna mill-overhead cables li kienu qed jintużaw biex itellgħu l-elettriku mill-Marsa għall-Mosta issa se jitneħħew. |
| Iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni tal-Mosta hu | mgħammar b’control systems mill-aktar moderni li jagħtu faċilità ta’ kontroll u remote monitoring b’ħidma li saret kollha mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta taħt is-superviżjoni tal-kumpanija li pprovdiet it-tagħmir kollu. |
| Il-Ministru Austin Gatt irrimarka li dan | l-investiment mill-Korporazzjoni Enemalta sar biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-enerġija elettrika għad-djar residenzjali u l-postijiet tal-kummerċ u b’hekk nevitaw ukoll sitwazzjonijiet fejn il-provvista ma tlaħħaqx mad-domanda. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni żied li d-domanda għall-enerġija elettrika qed tiżdied, u l-Korporazzjoni Enemalta qed tinvesti fil-futur beix tlaħħaq għal dan. Tant li għas-snin li ġejjin, il-Korporazzjoni Enemalta se tagħmel investiment ta’ madwar €80 miljun f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ distribuzzjoni f’Malta. Dan minbarra wkoll il-proġett tat-tqegħid tal-interconnector bejn Malta u Sqallija, b’investiment ieħor li mistenni jlaħħaq madwar €200 miljun. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li dawn | l-inizjattivi kollha għandhom l-iskop li jimmodernizzaw lill-Korporazzjoni Enemalta u fl-istess waqt inkomplu bil-ħidma ħalli tintlaħaq il-mira li sa l-2015 tingħalaq il-power station tal-Marsa. |
| Hu semma wkoll li sa dak iż-żmien ikun twettaq | proġett ieħor; dak tat-tqegħid ta’ turbina fil-power station ta’ Delimara. Il-Ministru Austin Gatt żied jgħid li sa l-2015 jista’ jkun li jsir investiment f’turbina oħra fl-imsemmija power station. |
| Il-Ministru Austin Gatt tenna l-fiduċja | fil-ħidma li qed twettaq il-Korporazzjoni Enemalta, inkluż ukoll fl-impenn biex jintlaħħqu l-livelli stabbiliti marbuta mal-ħruġ ta’ emissjonijiet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984