RIKONOXXUT IS-SEHEM TA’ LOUIS GALEA FIL-QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI
PR1711
11/11/2008
| Delegazzjoni tar-Richmond Foundation Malta, | immexxija miċ-Chairman is-Sur Anthony Guillaumier, tat rikonoxximent lil Dr Louis Galea, illum Speaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti, għall-ħidma li huwa wettaq favur dawk b’mard mentali, speċjalment bis-sehem tiegħu għat-twaqqif tar-Richmond Foundation ħmistax-il sena ilu. |
| Fid-delegazzjoni kien hemm ukoll is-Sinjura Kate | Gonzi, Deputy Chairperson tal-Fondazzjoni, is-Sinjura Antoinette Caruana, is-Sur Emanuel Ciantar, u s-Sinjorina Dolores Gauci, CEO tal-Fondazzjoni. |
| Il-Fondazzjoni Richmond twaqqfet f’Mejju, 1993, | bl-inizjattiva ta’ grupp ta’ persuni mmexxija minn Anthony Guillaumier u bl-appoġġ sħiħ ta’ Dr Louis Galea, dak iż-żmien Ministru għall-Iżvilupp Soċjali. Din il-Fondazzjoni hi organizzazzjoni mhux governattiva li tipprovdi servizzi komunitarji fil-qasam tas-saħħa mentali biex tiżgura promozzjoni, prevenzjoni u kura għall-ħajja ta’ kwalità aħjar. |
| Ir-Richmond Foundation tagħti s-servizzi tagħha | minn Villa Chelsea, f’B’Kara, u mill-Floriana Hostel. Il-Fondazzjoni tmexxi diversi programmi fosthom għal tfal fi żvilupp (Kids in Development), servizz ta’ appoġġ fid-djar (Home Support Service u Supportive Housing Scheme), appoġġ fuq il-post tax-xogħol (Supported Employment Programme, Staff and Organisation Support Programme). Il-Fondazzjoni tmexxi wkoll Community Technology and Learning Centre. |
| F’dan il-perjodu Louis Galea kien nieda proċess | ta’ riforma fil-qasam tas-saħħa mentali bl-iskop li jitjiebu s-servizzi fil-komunità u fl-isptarijiet f’Malta u Għawdex. Is-Sur Anthony Guillaumier qal li, bħala parti mit-tifkira tal-ħmistax-il anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni, il-Bord ried li pubblikament jagħti ġieħ u jirringrazzja lil Dr Louis Galea li mingħajr l-impenn tiegħu ma kienitx titwaqqaf il-Fondazzjoni Richmond. |
| Louis Galea, filwaqt li fisser l-apprezzament | tiegħu, sostna li bħala Ministru m’għamel xejn aktar milli kien jitlob id-dmir tiegħu. “Ir-Richmond Foundation hija eżempju ħaj tal-ġid li joħroġ minn tilqima ġenwina ta’ impenn volontarju u servizz professjonali. Wieħed mill-isbaħ episodji tal-impenn politiku tiegħi kien il-ħidma li flimkien ma’ ħafna tobba, psikjatri, nurses u uffiċjali amministrattivi għamilna, biex nidejna proċess li llum wassal biex tjiebu sew is-servizzi u t-taħriġ tal-professjonisti, nurses u paramediċi fil-qasam tas-saħħa mentali. Iżda meta wieħed iħares ‘il quddiem insibu li għad hemm sfidi importanti li għad irridu nirbħu, fosthom, għarfien aktar effettiv biex ngħixu fi stat aħjar ta’ saħħa mentali u servizzi aktar mifruxa li jieqfu ma’ dawk li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet ta’ natura mentali.” |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984