Left arrow Mur Lura

Delega tal-Infurzar Lokali lill-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, Gudja u Marsa

PR1710
Date Icon 11/11/2008
Permezz ta’ żewġ avviż legali li għadhom kemmġew ipubblikati, il-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, Gudja u Marsa ngħataw d-delega tal-infurzar lokali, u ċioè li lliġijiet delegati lill-Kunsilli Lokali jiġu nfurzati permezz tal-gwardjani lokali.
Ta’min isemmi li fil-każ tal-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa u l-Gudja, din id-delega qegħda terġa’ tingħata mill-ġdid wara li għal xi żmien l-infurzar kien sir mill-Kumitati Konġunti rispettivi.
Fil-każ tal-Kunsill Lokali tal-Marsa, id-delegaqed tingħata għall-ewwel darba. Dan ifisser ukoll li l-infurzar lokali issa ser ikun qed isir mill-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u f’Għawdex.
Dawnil-Kunsilli Lokali, wara xhur sħaħ ta’ taħditiet, fehmu l-importanza li jkunu parteċipi fis-sistema tal-infurzar tal-liġijiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow