Delega tal-Infurzar Lokali lill-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, Gudja u Marsa
PR1710
11/11/2008
| Permezz ta’ żewġ avviż legali li għadhom kemm | ġew ipubblikati, il-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, Gudja u Marsa ngħataw d-delega tal-infurzar lokali, u ċioè li lliġijiet delegati lill-Kunsilli Lokali jiġu nfurzati permezz tal-gwardjani lokali. |
| Ta’ | min isemmi li fil-każ tal-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa u l-Gudja, din id-delega qegħda terġa’ tingħata mill-ġdid wara li għal xi żmien l-infurzar kien sir mill-Kumitati Konġunti rispettivi. |
| Fil-każ tal-Kunsill Lokali tal-Marsa, id-delega | qed tingħata għall-ewwel darba. Dan ifisser ukoll li l-infurzar lokali issa ser ikun qed isir mill-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u f’Għawdex. |
| Dawn | il-Kunsilli Lokali, wara xhur sħaħ ta’ taħditiet, fehmu l-importanza li jkunu parteċipi fis-sistema tal-infurzar tal-liġijiet. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984