Left arrow Go Back

JUM IT-TIFKIRA F’GĦAWDEX

PR1702
Date Icon 10/11/2008
Ċerimonja qasira imma sinifikattiva nżammetquddiem il-monument tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza biex jiġi mfakkar Jum it-Tifkira magħruf ukoll bħala l-Poppy Day.
Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debonoflimkien ma’ rappreżentanti ta’ bosta għaqdiet u organizzazzjonijiet qiegħdu l-kuruni tradizzjonali tal-pepprin aħmar f’riglejn il-monument li jfakkar lill-vittmi Għawdxin li tilfu ħajjithom bejn is-snin 1939 – 1945 b’azzjoni mill-għadu matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-monument magħruf ukoll bħala Kristu Re nħadem mill-iskultur Carlo Pisi fis-sena 1949 u ġie nawgurat mir-Reġina Elizabbetta II fis-7 ta’ Mejju 1954. Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja kien hemm numru ta’ veterani tal-gwerra u membri tal-British Legion Malta. Għadd ta’ sindki Taljani li qed jipparteċipaw fil-Gastronomical Festival organizzat mit-Taqsima tal-Kultura kienu wkoll preżenti.
Iċ-ċerimonja kienet tinkludi qari ta’ poeżija,qari ta’ ismijiet u dettalji tal-vittmi tal-Gwerra Għawdxin mis-Sur Charles Bezzina u talb għall-vittmi. Ha sehem ukoll l-istakkament Għawdxi ta’ Suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Mat-tokki tal-ħdax ta’ filgħodu nżammet minutasilenzju u ndaqqu l-Last Post u r-Reveille filwaqt li ftit wara l-ħdax sar fly past minn ajruplan tar-Royal Air Force fuq Pjazza Indipendenza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow