Left arrow Go Back

SPEECH BY THE PRIME MINISTER, THE HON. LAWRENCE GONZI DURING THE PAIS SEMINAR ENTITLED ‘THE WHOLE PERSON - WHAT ABOUT THEM’.

PR1701
Date Icon 08/11/2008

Third annual teacher training seminar from Gift of Life and our Pro-Life Awareness In Schools education section (PAIS)

F’pajjizna ghandna x-xorti li lkoll nemmnu fid-dritt ghall-hajja sa mill-bidunett tat-tnissil tal-bniedem, u lkoll naqblu li ghandna niddefenduh.  Izda dan it-twennim ikun parzjali u u d-difiza tieghu tkun imxelfa jekk ma jkunux imsiehba minn passi konkreti li jharsu mhux biss id-dritt li tghix, izda jseddqu wkoll il-mod kif tghix.

Il-bniedem mhux persuna ta’ dimensjoni wahda: dik fizika biss.  Il-bnedmin huma persuni li ghandhom diversi dimensjonijiet.  Hemm dimensjoni kulturali, spiritwali, mentali, intellettwali u emottiva, fost l-ohrajn li jridu jigu indirizzati u zviluppati.  U biex inkunu tassew persuni shah irridu naraw li t-twettieq ta’ kull wahda minn dawn il-perspettivi tkun mibnija fuq il-valuri.    

Dan jghodd sew ghall-isforzi ta’ kull wiehed u wahda minna biex niskopru aspetti differenti ta’ hajjitna.  Jghodd ukoll ghat-tkattir tar-relazzjonijiet mibnija fuq l-ghozza u l-istima reciproka; ghar-rispett lejn l-ambjent u l-gharfien ta’ dak li huwa sabih.   Dawn kollha huma bzonn ghall-bnedmin daqs il-bzonn ghall-ikel.  Jekk nirriducu lill-bniedem ghall-dimensjoni wahda inkunu faqqarnieh u aljenajnieh minnu nnifsu u mill-ohrajn.   

Ghalhekk nifrah lill-organizzaturi li f’dan is-seminar qed jindirizzaw il-persuna umana b’mod shih. 

Fl-gharfien ta’ dawn id-dimensjonijiet differenti u fil-kisba ta’ l-ahjar kundizzjonijiet biex inwetquhom, intom l-edukaturi kif ukoll ahna l-politici ghandna rwoli differenti izda rwoli li ghandhom jintisgu  flimkien.   Huma kumplimentari ghal xulxin. 

L-edukazzjoni u l-politika ghandhom ikunu ispirati mill-vizjoni tal-bniedem shih u ghandhom ikunu ghas-servizz tal-bniedem shih u tal-bnedmin kollha.  L-edukazzjoni u l-politika huma fost l-ghodod l-aktar siewja li jghinu lill-bnedmin jirrealizzaw lilhom infushom. L-edukazzjoni u l-politika, ghalhekk, jaqdu tassew lill-bniedem jekk ikunu edukazzjoni ghall-valuri u politika tal-valuri.  Ghax x’inhu l-bniedem bla valuri?  Il-valuri jsostnu r-ruh ta’ kull hidma li naghmlu ahna l-bnedmin u jaghtu sens lill-hidma li nwettqu.  

Huwa dmir taghna l-politici, ghalhekk, li fil-hidma kollha taghna nkunu spirati mis-servizz ghal-bniedem shih u tal-bnedmin kollha.   Ahna rridu nahdmu biex nibnu socjeta’ fejn kull bniedem jizviluppa d-dimensjonijiet varji li jaghmlu n-natura umana, u biex kull bniedem jizviluppa l-hiliet, it-talenti u l-karatteristici parikolari tieghu jew taghha.  Ahna l-politici rridu nibnu socjeta’ fejn hadd ma jaqa’ lura; fejn hadd ma jibqa’ barra.  

Fil-hidma taghna rridu nharsu lejn il-bniedem shih ta’ llum u ta’ ghada.  Id-decizjonijiet li niehdu llum irridu naraw kif jaffettwaw il-generazzjonijiet li gejjieni; biex il-generazzjonijiet ta’ ghada jkunu jistghu jiehdu l-ahjar decizjonijiet ghalihom infusuhom bla xkiel ghal ta’ warajhom.  Il-generazzjonijiet futuri huma importanti ghall-hidma politika daqs il-generazzjonijiet prezenti.  Politika mibnija fuq is-sostenibbilta’, ghalhekk, hija politika ghas-servizz tal-bniedem shih.   

Irridu nahdmu mhux biss biex nissodisfaw il-htigjiet ta’ setturi partikolari izda rridu npoggu fuq quddiem nett il-gid komuni.  Din il-politika ta’ solidarjeta hija tassew politika bil-bniedem fic-centru taghha.  

Irridu nibnu politika fejn il-bniedem ma jkunx l-oggett jew ir-ricevitur tal-hidma tal-politici izda l-bniedem ikun is-suggett u l-kontrollur.  Dan jinkiseb bil-politika tas-sussidjarjeta’. 

Jekk ic-centru tal-politika ma jkunx il-bniedem shih u l-bnedmin kollha allura il-politika ma jkolliex siewi.  Minghajr il-bniedem fic-centru taghha,  il-politika tirriduci ruhha ghall-ezercizzju fit-thaddim tas-setgha. Il-politika, bil-bniedem fil-qalba taghha tibdel is-setgha f’servizz u l-bniedem f’mexxej. 

Intom l-edukaturi tistghu tghinu hafna biex din il-vizjoni tkun integrata aktar fis-sistema edukattiva ta’ pajjizna. Ahna l-politici, imbaghad, ghandna dmir li nipprovdu r-rizorsi mehtiega biex is-sistema edukattiva ta’ pajjizna tkun tassew ghas-servizz tal-bniedem shih u tal-bnedmin kollha.  

Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali diga jahseb biex il-valuri jkunu parti mill-edukazzjoni u l-izvilupp tat-tfal.  Dan il-Kurrikulu hu bbazzat fuq principji li ghandhom fil-qalba taghhom l-izvilupp tal-valuri umani:  il-valuri bazici tal-familja, l-imhabba, ir-rispett, l-inkluzjoni socjali, il-gustizzja, is-solidajreta’,u r-responsabbilita’ lejn haddiehor.  Dawn huma principji mahsuba fil-kurrikulu biex ikunu parti ingetrali mill-izvilupp tat-tfal. 

Filwaqt li s-suggetti tradizzjonali jibqghu importanti, il-bniedem shih jizviluppa billi jkollu gharfien ta’ dak kollu li niltaqghu mieghu fil-hajja, fil-hajja ta’ kuljum, fir-relazzjonijiet ma’ ta’ madawrna u dak li jdawwarna.  Ghalhekk fi skejjel differenti qed isiru attivitajiet u diskussjonijiet dwar ic-cittadinanza, id-drittijiet tal-bniedem, id-diversita’, il-multikulturalizmu, il-globalizazzjoni, is-sostenibbilta’ u l-komunita’.   

Ghadd hemm aktar xi jsir.  Ghad hemm aktar x’jigi zviluppat u ghalhekk twaqqaf working group biex jirrevedi l-kurrikulu minimu nazzjonali.  Dan hu process fit-tul u nistedinkom li taghtu s-sehem taghkom. 

Jehtieg li minn fuq it-tfal taghna fl-iskejjel jitnehha l-istress zejjed li hemm, biex ikollhom aktar spazju ghal attivitajiet ohra, bhall-isports, id-drama, l-arti, u l-kreattivita’.  Dawn kollha jghinuhom fl-izvilupp taghhom ta’ bnedmin shah.  Working group iehor li twaqqaf fi hdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni sema lit-tfal, lill-genituri u lill-ghalliema dwar dak li jghaddu minnu t-tfal biex issehh it-tranzizzjoni mill-iskejjel primarji ghall-iskejjel sekondarji.  Fil-granet li gejjin se jigi pubblikat il-konkluzjoni ta’ dan il-working group u tibda r-riforma biex il-mixja mill-primarja ghas-sekondarja tkun bla skossi, bla stress u t-tfal ikollhom aktar hin ghall-attivitajiet ohra li jghinuhom isiru bnedmin shah.  Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport se jibda process aktar wiesgha ta’ konsultazzjoni mat-tfal, mal-genituri u mal-ghalliema.  Irridu li s-sistema edukattiva taghna tkun wahda li permezz taghha t-tfal jiehdu pjacir imorru l-iskola, il-genituri jkollhom mohhhom mistrieh mill-edukazzjoni ta’ uliedhom u l-ghalliema jkomplu b’sodisfazzjon il-karriera u l-professjoni taghhom.  Dan kollu jaghti lok ghall-izvilupp tal-bniedem shih:  tat-tfal, tal-genituri u ta’ l-ghalliema.   

Filwaqt li l-genituri u l-carers tat-tfal ghandhom responsabbilita’ kbira, intom l-edukatturi dhaltu ghall-vokazzjoni li tghinu fl-izvilupp tat-tfal biex ihaddnu valuri mhux biss favur il-hajja izda anki dwar il-mod kif nghixu l-hajja mibnija fuq il-valuri. 

F’dan is-seminar mhux se tharsu lejn dan kollu li semmejt.  Se tharsu biss lejn aspetti partikolari. Izda nawguralkom li dawn l-aspetti partikolari tharsu lejhom fid-dawl ta’ din il-vizjoni usa li ftit ftit irridu nwettquha fl-oqsma kollha tal-hajja taghna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow