Left arrow Go Back

Prova li l-U.E. qed tgħaddi mill-kliem għall-fatti dwar l-immigrazzjoni illegali

PR1694
Date Icon 07/11/2008
Il-Kummissjoni Ewropea dal-għodu ħabbret likienet approvat il-programm tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati għas-snin 2008-2013. Il-valur ta’ dan il-programm fuq ħames snin ser ilaħħaq l-€4.8 miljuni.
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern jilqa’din id-deċiżjoni bħala pass importanti li tixhed il-fatt li l-Unjoni Ewropea qed tagħraf il-bżonn ta’ aktar solidarjetà ma’ dawk il-pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi kbar minħabba l-immigrazzjoni illegali.
“Dan huwa żvilupp xieraq, speċjalment fid-dawltal-iffirmar tal-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil. Issa li wasalna fl-istadju li nibdew naqilbu il-kliem ta’ dan il-Patt f’fatti tanġibbli, l-aħbar tal-lum hija prova ċara ta’ din id-direzzjoni politika li permezz tagħha l-Unjoni Ewropea qed taġixxi favur pajjiżi bħal tagħna,” qal il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.
Il-Kummissjoni Ewropea dal-għodu ħabbret ukollli kienet approvat ukoll il-programm ta’ dan il-Fond għas-sena kurrenti. Fost il-proġetti li ser ikunu qed jitwettqu fih hemm it-tisħih infrastrutturali taċ-Ċentru Miftuħ fil-Marsa, kif ukoll il-finanzjament għall-għoti ta’ servizzi essenzjali fl-imanniġġjar taċ-ċentri għaż-żamma tal-immigranti illegali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow