Left arrow Mur Lura

Negozji ta’ l-ikel u xorb mgħejjuna jidħlu fi swieq ta’ l-Unjoni Ewropea

pr0323
Date Icon 02/03/2006
“Il-kompetizzjonifis-suq Malti qiegħda kull ma jmur tiżdied, u negozjanti Maltin iridu jibdew jaraw x’opportunitajiet joffru swieq oħra, speċjalment swieq Ewropej.  Għal dan il-għan aħna, bħala Segretarjat, qegħdin naħdmu biex niffacilitaw il-partecipazzjoni ta’ negozjanti Maltin fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Dawn il-programmi jgħinu kemm biex in-negozjanti jingħataw taħriġ, kif ukoll biex huma jkunu jistgħu jagħmlu kuntatti fi swieq Ewropej.”
Is-SegretarjuParlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt it-tnedija tal-proġett BOSS (Business Opportunities and Services for Small-micro companies) flimkien mal-Foundation for Women Entrepreneurs ( Malta ).
“Permezzta’ dan il-proġett, numru ta’ imprendituri Maltin fis-settur ta’ l-ikel u x-xorb ser ikun qiegħed jipparteċipa f’fiera speċjalizzata fl-Italja.  Permezz ta’ din il-fiera, huma ser ikunu jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ imprendituri oħra fl-istess settur, biex b’hekk ikunu jistgħu jistħarrġu l-possibilitajiet li jibdew jesportaw il-prodotti tagħhom f’pajjiżi oħra,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

L-Onor. Edwin Vassallo qal ukoll li “dan il-proġett jagħmel parti mill-inizjattiva tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, li 300 imprenditur jipparteċipaw fi proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea tul l-2006.”  

Preżentigħal din l-attivita` kien hemm rappreżentanti mill-Foundation for Women Entrepreneurs ( Malta ), kif ukoll rappreżentanti ta’ dawk in-negozji li ser ikunu qegħdin jipparteċipaw f’dan il-proġett, li huma:  Galbest, Cilia Products, Mosta Bacon, Grano D'oro, Nectar, Barbeque World, Neriku.  Ser jipparteċipaw ukoll f’dan il-proġett żewġ konsulenti, wieħed ta’ l-IT, u Business Consultant.
Il-proġettBOSS jagħraf li negozji żgħar għandhom bżonn informazzjoni u sistema ta’ appoġġ li hija faċilment aċċessibbli u rilevanti għall-bżonnijiet tagħhom bħala negozji żgħar, biex ikunu jistgħu jikbru u jaffrontaw b’suċċess il-problemi ekonomiċi li jiffaċċjaw u jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ġodda.  Dan il-proġett huwa maħsub b’mod partikolari għal dawk in-negozji minn pajjiżi li għaddejjin mill-proċess ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea jew li ssieħbu riċentement.  Għal din ir-raġuni, attivitajiet bħal din il-fiera, fejn jipparteċipaw negozji minn pajjiżi differenti, qegħdin isiru biex:

§                    Jissaħħaħ l-aċċess għal servizzi ta’ appoġġ għal imprendituri ta’ negozji żgħar bil-faċilitazzjoni ta’ l-informazzjoni u kuntatti ma’ service.

§                    Tiżdied il-koperazzjoni ekonomika biex ikun hemm aktar negozju u investiment bejn intrapriżi minn pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea.  

Serikunu qegħdin jipparteċipaw total ta’ 24 partner minn 11-il pajjiż different, li huma:  l-Italja, il-Belgju, il-Ġermanja, il-Greċja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, l-Ungerija, l-iSpanja, il-Bulgarija u r-Rumanija.
Il-Foundationfor Women Entrepreneurs (Malta) ħadmet flimkien mas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed biex b’kollox ser ikunu qegħdin jipparteċipaw 14-il rappreżentant min-negozji Maltin.  Huma ser jattendu għal din il-fiera ta’ ikel u xorb u turiżmu, li ser isservi ta’ vetrina għall prodotti tagħhom.  Huma ser ikunu jistgħu jippreżentaw il-prodotti tagħhom fl-istand ta’ Malta, li ser iżuruha importaturi u xerrejja minn pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.  Madwar 1,500 esebitur jiehdu sehem f’din il-fiera, li l-parti l-kbira tagħhom ikunu mis-settur ta’ l-ikel u x-xorb.
Fit-tmiemil-konferenza ta’ l-aħbarijiet, l-Onor. Edwin Vassallo qal li “ Malta għandha prodotti ġenwini u ta’ kwalita` li kapaċi jinbiegħu fis-suq Ewropew.  In-negozjanti Maltin iridu jagħrfu l-potenzjal tal-prodotti tagħhom u jaħtfu l-opportunitajiet li jeżistu.  Minn naħa tagħna, aħna, bħala Segretarjat, bil-kollaborazzjoni tal-Foundation for Women Entrepreneurs (Malta) qegħdin niffaċilitaw l-aċċess għal dan is-suq lin-negozji Maltin, biex ikunu jistgħu jkabbru s-suq tagħhom minn wieħed ta’ 400,000 għal wieħed ta’ 4 miljun persuna.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow